Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja dwar petizzjoni tal-Goino Procedure Anti-Cancer Group
Il-Ministru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, l-Onor. Tabib Michael Farrugia llejla ltaqa' mar-rapprezentanti tal-Goino Procedure Anti-Cancer Group. Kien hemm l-oghla ufficjali tal-Ministeru u tad-Dipartiment tas-Sahha jakkumpanjaw lill-Ministru. Il-grupp ipprezenta petizzjoni lill-Onor. Speaker u l-Membri kollha tal-Kamra tad-Deputati, liema petizzjoni giet iffirmata minn 27,077 persuna.
Matul il-laqgha, l-Ministru Michael Farrugia spjega l-pozizzjoni cara li qed jadotta id-Dipartiment tas-Sahha fir-rigward ta' l-importazzjoni tas-sustanzi medicinali li qed jirrakomanda l-Professur Rafik Melik Ohanjanian.
Sal-lum, il-Professur Melik Ohanjanian ghadu ma pprezentax il-kontenut tas-sustanza medicinali li jrid jimporta f'pajjizna. Anqas giet pprezentata evidenza xjentifika u klinika li tissostanzja dak li qed jinghad mill-Professur Melik Ohanjanian. F'diskussjoni li saret ftit tal-gimghat ilu bejn il-Professur Melik Ohanjanian ma' l-agent Tabib Ewlieni Tal-Gvern, kien hareg ukoll car li dan l-individwu mhuwiex lawrijat fil-medicina. Skond il-ligijiet ta' Malta, persuna li trid tipprattika l-medicina f'pajjizna trid tipprezenta l-kaz taghha quddiem il-Kunsill Mediku. Sal-lum, din il-procedura kollha ghadha ma saritx. Anqas ma pprezenta talba formali ghall-importazzjoni f'pajjizna ta' din is-sustanza. Il-Ministru rrakomanda li l-proceduri normali f'dawn il-kazi ghandhom jigu segwiti.
Il-Ministru Michael Farrugia informa lid-delegazzjoni tal-Goino Procedure Anti-Cancer Group li kien ta struzzjonijiet lid-Dipartiment tas-Sahha biex jigi ffurmat kumitat iffurmat mill-aqwa esponenti f'dan il-qasam mediku. Dan il-kumitat specjali kellu fl-iqsar zmien possibbli, jifli u jivverifika l-kazijiet ta' numru ta' individwi li bdew jircievu minn din il-kura u li hu allegat li hassew titjib fil-kundizzjoni taghhom. Il-kumitat ghandu wkoll jaghmel ir-rakkomandazzjonijiet tieghu lid-Dipartiment tas-Sahha dwar l-preskrizzjoni ta' din is-sustanza medicinali.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901