L-Iskema "Youth Support Programme" tas-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh
Is-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh qassam LM2,630 lil erbatax-il Ghaqda taz-Zghazagh taht l-iskema tal-Youth Support Programme. Dan il-programm li hu miftuh ghall-Ghaqdiet taz-Zghazagh, jaghti opportunita' lill-Ghaqdiet, biex darbtejn f'sena jaghmlu talbiet finanzjarji lis-Segretarjat bil-ghan li jorganizzaw attivitajiet u progetti siewja ghaz-zghazagh.
F'messagg lill-Ghaqdiet waqt il-prezentazzjoni, l-Onor Joe Cilia qal li fl-1997 giet mqassma s-somma ta' LM8,017 lill-Ghaqdiet taz-Zghazagh taht din l-iskema. Hu qal li dawn l-ghotjiet qed jintuzaw b'mod ghaqli u responsabbli minn zghazagh li jamministraw Ghaqdiet u Centri ghaz-Zghazagh.
L-Onor Cilia temm il-messagg tieghu billi awgura lill-Ghaqdiet taz-Zghazagh biex ikomplu jimpenjaw rwiehom fix-xoghol volontarju taghhom u b'hekk ikompli jitkattar il-kuncett ta' partecipazzjoni zaghzugha fis-socjeta' Maltija.
Is-Segretarjat taz-Zghazagh javza lill-Ghaqdiet taz-Zghazagh li fi ftit xhur ohra ser tohrog applikazzjoni ohra biex l-Ghaqdiet jaghmlu talbiet ghal ghajnuna finanzjarja.
L-Ghaqdiet li bbenefikaw mill-iskema, ghall-perjodu Jannar sa Gunju '98 huma:
ELSA
Is-Sur Karl Schembri
Youth Travel Circle
Salesian Youth Centre
Volontarji ma' Don Bosco
Daritama
Zghazagh Azzjoni Kattolika
Arch Music Association
AEGEE Valletta
Ghaqda Muzikali Sant' Andrija
Zghazagh Ghal Dinja Maghquda
Moviment Zghazagh Partit Nazzjonalista
Nixxiegha Kulturali Mellieha
Studenti Demokristjani Maltin
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901