Esportazzjoni ta' Lampuki msajjra
Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, kien prezenti waqt l-iffirmar tal-kuntratt ghall-ewwel ordni ghall-esportazzjoni ta' tnax-il tunnellata ta' lampuki msajjra fiz-zalza tradizzjonali tat-tadam.
Dawn l-arrangamenti ntlahqu bejn il-kumpanija Malta International Foods Ltd u d-ditta ta' distribuzzjoni Taljana Eismann Srl, li tispeccjalizza fil-bejgh u distribuzzjoni ta' ikel ipprocessat ghall-konsum dirett.
Fid-diskors tieghu l-Ministru awgura li din l-ewwel ordni tikseb is-success mixtieq fis-swieq barranin, biex ghall-futur ikun hemm ordnijiet aktar sostanzjali ghal dan il-prodott, kif ukoll ghal prodotti ohra simili.
Hafna mill-ingredjenti uzati fir-ricetta ta' dan il-prodott bhal basal, kappar, zebbug, zalza tat-tadam u hwawar, huma kollha mkabbra f'Malta inkluz, naturalment, il-lampuki maqbuda lokalment.
Il-Ministru Noel Farrugia temm jghid li b'din l-inizjattiva, is-sajjieda, il-bdiewa u l-industrija ta' l-ipprocessar qeghdin jahdmu flimkien f'hidma ta' koperazzjoni bejniethom, bil-ghan li tizdied il-produzzjoni ta' prodotti ta' livell gholi ghall-esportazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901