Il-Ministru George Vella jiltaqa' ma' zewg Ambaxxaturi
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, Dr George W. Vella, il-bierah kellu laqgha kordjali ma' l-Eccellenza Tieghu, Dr. Jorge Jimenes de la Jara, l-Ambaxxatur tac-Cili ghal Malta, li gie Malta ghal zjara ta' l-ahhar.
Waqt il-laqgha gie diskuss kif jistghu jitjiebu r-rapporti ekonomici bejn iz-zewg pajjizi u wkoll l-isforzi li jridu jsiru sabiex l-industrija Maltija tigi ristrutturata b'mod li tkun tista' tilqa' l-isfidi ta' kompetizzjoni akbar.
Il-Vici Prim Ministru ltaqa' wkoll ma' l-Eccellenza Tieghu, is-Sur Yu Wuzhen, Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Poplu tac-Cina, li wkoll se jtemm il-hatra tieghu f'pajjizna.
L-Ambaxxatur Ciniz esprima l-gratitudni tieghu li matul it-tliet snin li ilu jokkupa din il-hatra, ir-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi komplew jissahhu. F'dan il-kuntest l-Ambaxxatur ghamel referenza ghaz-zjara li l-Vici Prim Ministru ghamel fic-Cina, kif ukoll ghaz-zjara ricenti tal-Vici Prim Ministru Ciniz, l-Eccellenza Tieghu Qian Qichen f'Malta.
Min-naha tieghu il-Vici Prim Ministru, waqt li awgura lill-Ambaxxatur Ciniz hidma siewja fil-karriera tieghu, stqarr li hu fiducjuz li l-hbiberija u l-koperazzjoni ezistenti bejn iz-zewg pajjizi se jkomplu jikbru ghall-beneficcju taz-zewg pajjizi taht is-successur ta' l-Ambaxxatur Yu Wuzhen. Waqt il-laqgha gew diskussi wkoll ir-relazzjonijiet bilaterali kif ukoll is-sitwazzjoni internazzjonali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901