Left arrow Mur Lura

Il-Gvern jgharraf lill-Kunsilli Lokali bl-allokazzjoni tal-fondi

PR0269
Date Icon 13/02/1998

Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, wara konsultazzjoni mal-Ministru ghad-Djar u l-Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, iddecieda li jgharraf lill-Kunsilli Lokali bl-allokazzjoni tal-fondi dovuti lilhom ghas-sena finanzjarja li tibda fl-1 ta' April 1998. Dawn il-fondi nhadmu fuq l-istatistika ezistenti tad-daqs u l-popolazzjoni ta' kull lokalita'.

L-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fi stqarrija li harget dan l-ahhar kienet ilmentat ghaliex il-Kunsilli ma kienux gew infurmati bl-ammonti ta' fondi li ser jigu allokati lilhom. Stqarrija li hareg id-Dipartiment tghid li m'huwiex legalment korrett li tghid li "l-fondi ma gewx allokati lill-Kunsilli Lokali". L-istqarrija tghid li l-fondi jigu allokati lill-Kunsilli Lokali skond it-Taqsima 55 tal-Ligi dwar il-Kunsilli Lokali.

Skond l-Att ta' l-Approprjazzjoni, il-Parlament alloka Lm5,831,000 lill-Kunsilli Lokali ghas-sena finanzjarja li tibda fl-1 ta' April 1998. Din l-allokazzjoni giet komunikata lill-Kunsilli Lokali fl-4 ta' Dicembru 1997 permezz ta' cirkolari. Dan ifisser li sa mill-bidu ta' Dicembru 1997, il-Kunsilli Lokali kellhom ghad-dispozizzjoni taghhom it-taghrif kollu li kellhom bzonn biex jikkalkolaw is-sehem ta' kull wiehed minnhom, ibbazati fuq l-istatistika ufficjali tal-popolazzjoni u d-daqs ta' kull lokalita'. Huma ghalhekk setghu jipprezentaw il-budgets taghhom ghas-snin 1998/1999 fuq dawn l-estmi.

Li ma kienx ghaliex il-Kumissjoni Elettorali, sa minn Dicembru 1997, infurmat lid-Dipartiment li kienet ser taghmel tibdil sostanzjali fil-konfini ta' hafna lokalitajiet fil-bidu ta' l-1998, id-Dipartiment kien ikun diga' hareg id-dettalji dwar il-fondi allokati lil kull Kunsill ftit wara li ghadda l-Att ta' l-Approprjazzjoni.

Meta jixxandru l-konfini l-godda, il-fondi allokati lill-Kunsilli jigu effettwati u dan peress li dawn il-fondi jinhadmu skond il-popolazzjoni u d-daqs tal-lokalita' - zewg fatturi li zgur jigu effettwati bi bdil fil-konfini. L-istqarrija tad-Dipartiment kompliet tghid li peress li l-ewwel parti ta' l-allokazzjoni lill-Kunsilli ma kinitx ser tinghata qabel l-ewwel gimgha ta' April 1998, id-Dipartiment haseb li jkun aktar ghaqli li jistenna sakemm jigu implimentati il-bidliet fil-konfini. Dan ghaliex bil-bdil fil-konfini, id-Dipartiment kien ikollu jerga' jirrevedi l-allokazzjonijiet lill-Kunsilli skond il-bdil li jkun sar fil-konfini taghhom. Permezz ta' hekk ukoll, il-Kunsilli ma kienx ikollhom, wara, joqoghdu jirrevedu l-budgets taghhom.

Id-Dipartiment izda, minhabba l-pressjoni li kellu mill-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex ikunu jafu l-allokazzjonijiet taghhom, iddecieda li jikkomunika l-allokazzjonijiet lill-Kunsilli skond l-istatistika ezistenti tal-popolazzjoni u d-daqs tal-lokalitajiet. Il-Kunsilli ghalhekk issa jistghu ifasslu l-budgetstaghhom ghas-snin 1998/1999.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow