Stqarrija mid-Dipartiment tas-Sahha dwar protesta mill-MUMN
Id-Dipartiment tas-Sahha jirreferi ghall-protesta li qed taghmel il-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) dwar `irkolari mahruga mill-Amministrazzjoni medika ta' l-isptar San Luqa (kopja mehmuza).
Id-Dipartiment jappogga id-direzzjoni li qed tipprova taghti l-Amministrazzjoni ta' l-isptar San Luqa ghar-rigward tat-tqassim bil-ghaqal tal-Vacation Leave matul is-sena. Id-direzzjoni mog]tija tapplika g]all-istaff kollu u mhux g]an-nurses biss u tirrifletti policies u `irkularijiet ta' l-istess natura li ]ar[u fil-passat u li sfortunatament [ew ripetutament injorati. Filwaqt li d-Dipartiment irrispetta u ta status u struttura mani[erjali lill-qasam tan-nursing u l-midwifery, l-Amministrazzjoni g]andha l-obbligu u d-dover li tindika lill-impjegati kollha l-parametri [enerali biex il-vacation leave jittie]ed. Nafu li x-xhur ta' Lulju, Awissu u Dicembru huma xhur kriti`i fejn kul]add ikun irid il-leave. Huwa fid-dover ta' l-Amministrazzjoni li trid toffri servizz tajjeb u tu\a sew ir-ri\orsi umani u finanzjarji disponibbli li tassigura li l-vacation leave jittie]ed bl-ordni, li ji[u assigurati livelli ta' complement a``ettabbli u li jekk hu possibli ma jkunx hemm il-]tie[a ta' overtime biex tag]mel tajjeb g]al numru e``essiv ta' staff bil-leave biex is-servizz ikompli.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901