Il-Prim Ministru jinawgura edizzjoni gdida ta' The Malta Experience
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant sahaq li ghandna nghozzu l-identita' nazzjonali taghna waqt li jkun ghaddej il-process ta' modernizzazzjoni fil-qasam tat-turizmu. Il-Prim Ministru qal li ghandna naghmlu minn pajjizna destinazzjoni attraenti b'mod partikolari bil-kultura u bl-ambjent taghna waqt li nibzghu ghal dak li jiddistingwina u jaghmilna differenti minn pajjizi ohra. Il-Prim Ministru qal dan meta l-lejla giet inawgurata edizzjoni gdida ta' 'The Malta Experience' f'Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, il-Belt. Dr. Sant qal li 'The Malta Experience' hija konferma ohra li dak li huwa specifiku ghal pajjizna - f'dan il-kaz l-istorja ta' Malta - li wera li jista' jkun ta' attrazzjoni kbira u fuq kollox success kbir mat-turisti li jzuruna.
Il-Prim Ministru qal li dan il-progett kien success ghal pajjizna ghax kien ibbazat fuq il-kuncett ta' l-identita' taghna bhala poplu Malti u Ghawdxi. Il-Gvern, qal il-Prim Ministru, huwa impenjat li jaghti kull inkoraggiment lil inizjattivi simili li minnhom infushom huma xhieda tas-sens ta' flessibilita' u intraprenditorjalità taghna l-Maltin. Dawn l-inizjattivi jehtiegu l-appogg shih ghaliex huma ta' kontribut uniku biex l-industrija tat-turizmu tizviluppa fuq linji moderni, sostenibbli u effettivi.
Il-Prim Ministru sahaq li fil-qasam tat-turizmu, huwa mehtieg li l-intraprendituri jkomplu jtejbu l-prodott taghhom biex izidu l-kompettittivita' f'dan il-qasam. It-turizmu issa sar l-akbar kontributur ghall-prosperita' fl-ekonomija ta' pajjizna u rridu nizguraw li jkollu l-ispazju kollu mehtieg biex jikber u jghin lilu nnifsu. Dr. Sant sahaq li ghandna niddiversifikaw il-prodotti li noffru lit-turisti biex nimxu 'l quddiem. Dan ghandu jsir waqt li nghollu l-livell ta' l-attrazzjonijiet naturali, socjali u kulturali li noffru bhala prodott lil min izur pajjizna.
Il-Prim Ministru qal li ma kienx sorpriz li l-kuncett ta' 'The Malta Experience' issa se jigi esportat lejn pajjizi ohrajn. Dr. Sant qal li f'dan il-progett jara ezempju iehor kif Malta tista' timmodernizza l-istrutturi taghha u x'ghandha x'toffri biex tilqa' ghall-isfidi prezenti u dawk tal-futur. Il-Prim Ministru sahaq li ma hemmx alternattiva ohra hlief li nimmodernizzaw jekk irridu nkomplu nghollu l-livelli ta' ghajxien taghna. Il-modernizzazzjoni huwa process kontinwu li jghinna nghollu l-livelli tax-xoghol taghna.
'The Malta Experience' gie mniedi ghall-ewwel darba f'pajjizna fl-1980. Fil-mument l-organizzaturi ta' dan il-progett jinsabu f'kuntatt ma' kumpaniji ohra interessati f'progetti simili f'Cipru, il-Marokk, it-Tunezija u Gerusalemm. Dawn qed jitolbu l-ghajnuna ta' l-investituri Maltin biex joholqu l-'esperjenzi' taghhom fil-pajjizi rispettivi taghhom.
Id-diskors tal-Prim Ministru bl-Ingliz u informazzjoni dwar 'The Malta Experience' hija annessa ma' din l-istqarrija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901