Apparat mediku gdid fl-Isptar Generali t'Ghawdex
Is-sezzjoni tas-CCU fl-Isptar Generali ta' Ghawdex li tilqa' fiha pazjenti li jkollhom bzonn ta' kura intensiva, qed taghmel uzu minn apparat mediku gdid u modern li nxtara mill-vot tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. Il-ventilator gdid sewa' ma' l-Lm10,000 u jikkumplimenta zewg ventilators ohra li hemm f'din it-taqsima.
F'laqgha informali li kellu mas-Supritendent ta' l-Isptar, Dr Anthony Livori u membri ohra ta' l-amministrazzjoni ta' l-Isptar Generali fl-okkazjoni ta' Jum il-Morda, is-Segretarju Parlamentari, Dr Anton Refalo tenna l-impenn tas-Segretarjat tieghu favur koperazzjoni ma' l-amministrazzjoni u l-istaff kollu ta' l-Isptar, bil-ghan li jitjiebu s-servizzi medici pubblici f'Ghawdex. Dr Refalo qal li l-Gvern prezenti jrid li s-servizzi medici f'Ghawdex jiksbu mill-gdid il-fiducja tal-pubbliku biex ic-cittadin ma jkunx imgieghel jirrikorri ghal servizzi medici privati.
Fl-okkazjoni ta' Jum il-Morda, Dr Anton Refalo qassam hampers lill-pazjenti u lir-residenti ta' l-Isptar. Ghal din l-okkazjoni Maltacom offriet lill-pazjenti li ghandhom qrabathom imsifrin, numru ta' telefonati b'xejn ghall-barra l-pajjiz.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901