Il-Prim Ministru Alfred Sant jipprezenta r-Rapport ta' hidma ghas-sena 1997
Dal-ghodu f'Kastilja il-Prim Ministru Dr Alfred Sant ipprezenta r-rapport ghad-dekasteru tieghu ghas-sena li ghaddiet.
Il-Prim Ministru qal li din l-ahhar sena kienet ippernjata fuq l-ghan li s-servizz pubbliku jahdem b'anqas spejjez waqt li jsir aktar efficjenti. B'hekk, b'anqas ikun jista' jrendi aktar.
Il-Korp tal-Pulizija nghata struttura gdida. Fl-istess zmien giet ipprezentata White Paper dwar it-twaqqif ta' Kunsill Regjonali ghal Ghawdex. Fix-xandir kompliet tiffjorixxi atmosfera ta' pluralizmu, waqt li kompla jissahhah ix-xandir nazzjonali. Bhalissa kien qieghed isir xoghol bi thejjija ghal ligi gdida dwar ix-xandir u kienu waslu biex jigu finalizzati il-preparamenti tal-Gvern ghall-progett tal-Millennju l-Gdid.
Il-Prim Ministru qal li fil-gimghat li gejjin kienu se jkomplu t-tahditiet dwar il-progett ta' Manoel Island. Se jkomplu ghaddejjin ukoll tahditiet mal-unions bil-ghan li jintlahaq qbil dwar il-mizuri korrettivi li kellhom jittiehdu dwar ir-rati tad-dawl u ilma kif imhabbra fil-Budget. Il-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Familja wkoll kienet waslet biex tlesti x-xoghol taghha u kien mahsub li din tressaq ir-rapport taghha fi zmien tliet gimghat.
Il-Prim Ministru stqarr li wahda mill-problemi li kien qed jiffaccja l-Gvern kienet dik taz-zewg tarznari. Il-pass ta' modernizzazzjoni kien qed jimxi bil-mod wisq. Id-diffikultajiet ewlenin taz-zewg tarznari kienu konnessi mal-produttivita`, il-management u l-kompetittivita` dejjem tikber ta' tarznari barranin. Minhabba li t-tarzna tal-Marsa ma kinetx qed tlahhaq max-xoghol li kellha taghmel fuq il-bini ta' l-erba' trawlers Norvegizi kien gie deciz li jigu kkancellati tnejn minnhom. Kienu qed isiru wkoll diskussjonijiet sabiex jitwal il-perjodu li fih jigu konsenjati iz-zewg trawlers l-ohra, kif ukoll dwar il-penali li l-Malta Shipbuilding setghet tkun soggetta ghalihom.
Il-Prim Ministru qal li ghal din is-sena l-mira ewlenija tal-Gvern se tkun li jkompli jnaqqas id-deficit finanzjarju li ghandu l-pajjiz. Dr Sant habbar li, s'issa, il-Gvern kien irnexxielu jnaqqas in-nefqa rikorrenti tieghu b'4.3%.
Il-Konferenza Stampa kienet indirizzata wkoll mill-Ministru Joe Mizzi u mis-Segretarji Parlamentari Anton Refalo u Helena Dalli.
Fis-sena li ghaddiet il-Ministru Joe Mizzi inghata r-responsabbilta`mill-Prim Ministru biex imexxi hidma bil-ghan li tissahhah is-sigurta` fl-ajruport. Fl-istess zmien is-Sur Mizzi kien wkoll ic-Chairman tad-Direttorat ghall-Protezzjoni Civili. F'dan ix-xoghol huwa ha hsieb li jigu kkordinati ahjar id-diversi rizorsi ta' salvatagg li jezistu fil-pajjiz, partikolarment fi zmien ta' dizastri naturali.
Bhala Ministru responsabbli direttament ghall-kumpanija Maltacom plc, (li qabel kien jisimha Telemalta) is-Sur Mizzi ha passi biex jifred il-funzjoni regolatorja li kellha l-Kumpanija minn dik li kienet tgawdi bhala operatur. Dan, bi thejjija biex, fix-xhur li gejjin, tkun f'qaghda li toffri 40% ta' l-ishma taghha lill-pubbliku.
Is-Segretarju Parlamentari Refalo qal li matul is-sena gew identifikati funzjonijiet li jistghu isiru f'Ghawdex stess. Il-haddiema Ghawdxin tal-Maltacom plc li kienu jahdmu Malta issa ntbaghtu Ghawdex. Hu ppjanat ukoll li sittin skrivan Ghawdxi li fil-prezent qed jahdmu Malta jmorru huma wkoll jahdmu fid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali f'Ghawdex. Fil-futur qrib se jifthu wkoll tliet fabbriki godda li inizjalment se joffru 150 impieg ghall-haddiema Ghawdxin.
Minn Novembru beda jopera wkoll l-Ufficcju tal-Passaporti f'Ghawdex u dil-gimgha stess beda jahdem ghall-ewwel darba f'Ghawdex il-Qorti ta' l-Appell.
Is-Segretarju Parlamentari Helena Dalli qalet li l-Gvern kompla jsahhah il-makkinarju nazzjonali fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn nisa u rgiel permezz tat-twaqqif tas-Segretarjat Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa. Importanza nghatat b'mod partikolari lil tliet oqsma: is-sehem tan-nisa fid-dinja tax-xoghol, is-sehem tan-nisa fit-tehid tad-decizjonijiet u s-sehem tal-mara fil-hajja tal-familja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901