Left arrow Mur Lura

Il-Vici Prim Ministru George Vella jiltaqa' mal-Kap tal-Kultura tal-Kunsill ta' l-Ewropa

PR0216
Date Icon 05/02/1998

Dalghodu d-Deputat Prim Ministru u Ministru ghall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, Dr. George W. Vella ltaqa' mal-Kap tad-Dipartiment tal-Kultura tal-Kunsill ta' l-Ewropa, Dr. Jose Maria Ballester li jinsab fuq zjara ufficjali f'Malta ta' tlett ijiem.

Fil-laqgha, Dr. Vella emfasizza l-fatt, illi l-wirt storiku u kulturali ta' Malta huma rikkezzi kbar ghal pajjizna u ghall-Ewropa u ghalhekk ghandhom ikunu ta' attrazzjoni kbira ghat-turizmu. Huwa spjega lil Dr. Ballester kif il-wirt kulturali ta' pajjizna ghandu jkun ta' vantagg fuq kompetituri ohra fis-suq tat-turizmu, meta Malta tkun qed tigi kkunsidrata bhala destinazzjoni turistika.

Min-naha tieghu Dr. Ballester spjega l-impenn tal-Kunsill ta' l-Ewropa sabiex f'Malta jigi mplimentat Pjan Specifiku t'Azzjoni ghall-Wirt Storiku. Huwa wera t-tama illi din il-koperazzjoni bejn Malta u l-Kunsill ta' l-Ewropa tkompli tikber u thalli l-frott taghha, billi jigu mplimentati progetti kulturali fil-futur.

Matul iz-zjara tieghu f'Malta, Dr. Ballester mistenni jippartecipa f'numru ta' workshops imnedija apposta mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura, ghad-Dipartiment tal-Gvern, Kunsill Lokali u entitajiet ohra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow