Left arrow Mur Lura

Il-Prim Ministru jaghmel zjara fl-Imtarfa

PR0208
Date Icon 04/02/1998

Il-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant dalghodu zar il-Belt ta' l-Imtarfa fuq stedina tal-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli. Huwa ttiehed jara d-diversi xoghlijiet li qeghdin jitwettqu bhalissa mill-Awtorita' tad-Djar li f'idejha ghandha l-izvilupp ta' din il-Belt.

Il-Prim Ministru ttiehed jara l-Gymnasium ta' l-Imtarfa li issa inbidel f'wiehed modern b'hafna facilitajiet sportivi u c-centru urban flimkien mac-centru kummercjali li hemm imiss mieghu. Il-Ministru Portelli qal lill-Prim Ministru li l-Belt ta' l-Imtarfa mistennija tkompli tizviluppa u hemm ippjanat li jinbnew madwar 80 unit iehor residenzjali, mas-700 unit li diga' hemm. Dan ikun ifisser li aktarx ma jkunx fadal spazju fejn jinbnew aktar units.

Il-Ministru imbaghad akkumpanja lill-Prim Ministru biex jara is-scenic walk way li tinsab fuq in-naha li taghti ghal fuq il-Wied Qlejja. Meta tkun lesta din se tkun iddawwar lil Belt ta' l-Imtarfa u mistennija tigi twila 2.6 kilometru.

Il-Ministru qal lill-Prim Ministru li minn Ottubru tal-1996 diga' intefqu Lm1,171,746 fuq infrastruttura u progetti ta' bini ta' residenzi. Huwa qal li gew identifikati erba' sites ohra fl-Imtarfa. Fuq wahda minn dawn is-sites il-Gvern precedenti kien se jibni units li kienu se jigu jqumu aktar minn Lm40,000 'l wiehed. Il-Ministru Portelli ha hsieb biex minflokhom isiru pjanti godda biex fl-istess spazju, jinhargu hafna aktar units bi prezz hafna orhos.

Il-Prim Ministru imbaghad ittiehed jara t-toroq l-godda ta' l-Imtarfa. Il-Ministru Portelli qal li b'kollox tlestew 12-il triq li x-xoghol fuqhom kien nbeda minn f'Novembru 1996 'l hawn. Qieghed isir xoghol iehor fuq sebgha toroq ohra li mistennija jitlestew minn kollox, anke bit-tarmac, sa April li gej. Il-bankini ta' dawn it-toroq saru apposta biex minn tahthom jghaddu is-servizzi bhal cables tad-dawl u kanen ta' l-ilma.

Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru f'din il-mawra kien hemm is-Sindku u l-Kunsillieri tar-Rabat u ufficjali gholja tal-Gvern.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow