Left arrow Mur Lura

Il-Kunsill Lokali tar-Rabat jircievi l-inviti tal-Ministeru ghad-Djar

PR0188
Date Icon 02/02/1998

Il-Kunsill Lokali tar-Rabat, permezz ta' stqarrija ohra li hareg fit-30 ta' Jannar 1998, ammetta li l-inviti ghall-ftuh tal-Gymnasium ta'l-Imtarfa mill-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, kienu rcevewhom, ghalkemm, kif qal il-Kunsill, hamest ijiem tard. Dan jikkonferma dak li s-Segretarju Personali tal-Ministru kien qal lis-Sur Frank Attard, Kunsillier, qabel ma xxandret l-ewwel stqarrija tal-Kunsill, li l-inviti kienu ntbaghtu u ntbaghtu fil-hin u ma kienux waslu ghaliex kienu inqabdu l-posta tar-Rabat minhabba l-azzjoni industrijali tal-UHM.

Il-Ministeru kien jistenna li l-Kunsill ma jghidx biss li kien ircieva l-inviti, izda jammetti wkoll li dawn l-inviti kienu nzammu fil-posta tar-Rabat u ghalhekk il-Ministeru ghad-Djar ma kellu ebda htija li dawn ma waslux fil-hin. Irid jinghad wkoll li kienet is-Segretarja tal-Kunsill tar-Rabat li, fil-21 ta' Jannar, tat l-ismijiet u l-indirizz tas-Sindku u l-Kunsilliera l-ohra tar-Rabat lis-Segretarja fil-Ministeru biex tkun tista' tibghat l-inviti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow