Kumitat "ad hoc" dwar "open air markets"
Illum saret l-ewwel laqgha tal-Kumitat "ad hoc" dwaris-swieq fil-miftuh madwar Malta u Ghawdex. Il-Kumitat li qed jiltaqa'taht il-presidenza tas-Sur Joe Mizzi, Ministru minghajr Portafollfl-Ufficcju tal-Prim Ministru, huwa kompost minn Dr Gavin Gulia, SegretarjuParlamentari ghas-Self-Employed, bhala vici-Chairman, umill-persuni li gejjin:-
- Sur Louis Cilia, Segretarju Permanenti (Affarijiet Interni)
- Sur George Grech, Kummissarju tal-Pulizija
- Sur J Cachia, Deputat Kummissarju tal-Pulizija
- Sur Adrian Gouder, Kummissarju ghall-Artijiet
- Dr Malcolm Micallef, Direttur Sahha Pubblika
- Sur George Farrugia, rapprezentant tas-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex
- Sur Vincent Magri, rapprezentant ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar
- Sur J. Borg, rapprezentant ta' l-Assocjazzjoni tal-KunsilliLokali
- Sur Raymond Tabone, rapprezentant ta' l-Assocjazzjonital-Bejjiegha tal-Monti
It-termini ta' referenza tal-Kumitat huma -
* li jirraporta dwar diversi problemi li jezistu dwar swieq lijarmaw fil-berah madwar Malta;
* li jaghmel rakkommadazzjonijiet lill-Gvern dwar x'mizuri ghandhomjittiehdu biex jigu rrangati sitwazzjonijiet negattivi li setghu nholqu minndawn il-problemi.
Fl-ewwel laqgha tressaq memorandum mill-Assocjazzjonital-Bejjiegha tal-Monti dwar id-diversi problemi li qed jiffaccjaw il-membritaghha. L-Assocjazzjoni tirraprezenta il-bejjiegha li jarmaw f'diversi swieqmadwar Malta u Ghawdex u mhux biss dawk tal-Belt. Il-Kumitat qabel li ghandujitratta l-problemi mqajjma fil-memorandum u ohrajn li jirrizultawmid-diskussjonijiet. Il-Kumitat qabel ukoll li fir-rigward tal-Kunsilli Lokali,l-Assocjazzjoni taghhom ghandha titratta kwistjonijiet ta' natura generaliizda fejn jidhlu kwistjonijiet dwar zoni partikolari ghandu jidholfid-diskussjonijiet ukoll il-Kunsill tal-lokal koncernat.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901