Il-Ministru ghall-Harsien Socjali Edwin Grech jaghmel ghotja ta' flus lil Dar Nazareth
Il-Ministrughall-Harsien Socjali, Edwin Grech, illum ghamel ghotja ta' tlett eleflira lil "Dar Nazareth" fiz-Zejtun, li tiehu hsieb persuni b'dizabilita'. Din l-ghotja ma taghmilx parti mis-somma vvutata ghal dinid-Dar fil-Budget, taht il-vot ta' l-ghajnuna lill-Ghaqdiet mhuxGovernattivi.
L-ghotja saret lil Dun Ang Seychell, li jmexxi "DarNazareth".
Il-Ministru Grech tkellem dwar l-impenn tal-Gvern li jghinlill-ghaqdiet volontarji u qal li l-Gvern qed jaghmel minn kollox biex jonoradan l-impenn bl-akbar mod possibbli, anke jekk hemm problemi kbar fil-finanzipubblici.
Huwa tkellem ukoll dwar il-hidma tal-Gvern b' risq il-persuni b'dizabilita', u qal li fil-gimghat li gejjin, se titressaq fil-Parlamentil-Ligi dwar Opportunitajiet Indaqs. Semma wkoll li dalwaqt se jiftah ic-Centrul-gdid ta' tahrig f' Wied il-Ghajn, li se jkun jista' jakkomoda madwar tmeninpersuna b' dizabilita', bejn dawk ghal tahrig u ohrajn fuq baziresidenzjali.
Wara, il-Ministru Edwin Grech gie mdawwar ma'"Dar Nazareth" minn Dun Ang Seychell, fejn seta' jara l-facilitajietli din toffri lill-persuni b' dizabilita'.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901