Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant jindirizza lill-Kapijiet tad-Dipartimenti waqt Seminar f'Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi
Dalghodu l-PrimMinistru Dr Alfred Sant indirizza l-kapijiet tac-civil u l-kumpanijiparastatali gewwa Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi fl-okkazjonitas-Seminar imsejjah "Tackling the public deficit - meeting theBudgetary Targets".
Huwa qal li ried jinkwadra dak li kien qieghed isir fil-finanzital-Gvern fil-qafas ta' l-istrategija ta' l-izvilupp nazzjonali li qed issegwidin l-amministrazzjoni, strategija li tippernja fuq il-htiega li nimmodernizzawl-istrutturi ekonomici u socjali tal-pajjiz.
Kien jehtieg li pajjizna jaddatta ruhu ghac-cirkostanziteknologici u ekonomici dejjem jinbidlu ta' madwarna. Jekk ma naghmlux dannaqghu lura u allura nifhmu iktar milli fehmna sal-lum li m'hemm hadd li ghandud-dmir li jipprovdilna l-ghixien taghna. Is-sistema ta' tmexxija taghna kienjehtieg li tkun modernizzata biex tkun dejjem aktar kapaci li tizviluppa hidmali trendi.
Mhux biss is-settur privat ried irendi. Il-Gvern ukoll riedirendi. Il-Gvern ried ikun, mhux biss f'pozizzjoni li jaddatta ruhu ghalbidliet, imma jkun hu stess li jistimula dawn il-bidliet. Ghalhekk kienimportanti li nifhmu xi tfisser it-tema tal-modernizzazzjoni fl-oqsmatat-tmexxija.
Kien importanti li nharsu lejn l-oqsma li fuqhom tippernjait-tmexxija socjali u ekonomika tal-pajjiz. Hawnhekk il-Prim Ministru semma'l-oqsma tat-turizmu, l-industrija, il-kummerc, il-biedja u l-amministrazzjonipubblika. Huwa fakkar li kien qieghed jigi ppreparat pjan nazzjonali li kienikompli jinsisti fuq it-tema li l-valur li noholqu f'din l-ekonomija ikun valurli dejjem qieghed jizdied. B'hekk it-turizmu ried jigi diversifikat u mgedded.Il-prodott turistiku ried ikun upgraded permezz ta' lukandi dejjem ahjaru permezz ta' attivitajiet godda li joholqu attrazzjonijiet godda bhall-binita' yacht marinas, casinos u cruiseterminal gdid.
Il-programm ta' ristrutturizzazzjoni fil-qasam industrijali kiense jinvolvi hafna xoghol. Il-Prim Ministru qal li kien qed jistennar-reazzjonijiet tal-partners socjali kollha fuq dan is-suggett.Kontribuzzjonijiet siewja kienu mistennija jsiru mill-Federation of Industries,il-Kamra tal-Kummerc u l-General Retailers and Traders Union. Bl-istess mod fuqdan is-suggett setghu jaghtu kontribut ta' piz il-Confederation of Malta TradeUnions u l-General Workers' Union. Parti shiha minn din l-istrutturizzazzjonimahsuba biex taghmel lil pajjizna iktar kompettittiv fl-oqsma kollha kienet setkun il-bini ta' zona ta' kummerc hieles ma' l-Unjoni Ewropea.
Fil-qasam tal-kummercwiehed ried iqis il-kummerc intern kif ukoll dak finanzjarju. F'dan il-qasam kiense jkun importanti hafna l-flessibbilta` ta' kif operaturi finanzjarji ubankiera jikkordinaw bejniethom biex tassew jaghtu l-ispazju ghas-servizzifinanzjarji kif ikun mehtieg. Dan kien jorbot ukoll mal-htiega li l-kummercf'pajjizna jaccetta l-isfida tal-liberalizzazzjoni. In-natura tal-kompetizzjonikienet se tinbidel u l-Gvern ried jaccerta ruhu li jkollu l-makkinarju addattatbiex jara li l-mekkanizmi tal-kompetizzjoni gusta u hielsa qeghdin jitwettqufil-pajjiz. Bl-istess mod is-setturi tal-biedja u s-sajd riedu jigummodernizzati biex jinzamm bilanc bejn l-interess tal-konsumatur u dawktal-bidwi u s-sajjied. L-ghazla riedet tkun wahda wiesgha u l-prezz wiehedkompetittiv. Fil-ftehim dwar kummerc hieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea riedisib postu ftehim kuntrattwali dwar il-finanzi, l-industrija u l-kummerc. Qafasbhal dan ma kien jeskludi l-ebda triq ghall-futur fir-relazzjoni ta' Malta ma'l-Unjoni Ewropea kemm ghal dan il-Gvern kif ukoll ghal xi gvern iehor li jista'jkun hemm.
Il-Prim Ministruimbaghad tkellem fuq is-settur pubbliku. Huwa qal li s-settur pubbliku riedjigi down-sized - ir-rizorsi li kien qieghed jixrob mill-ekonomija riedujonqsu. Is-servizz pubbliku kien kiber wisq b'mod li ma kienx baqa' jrendi.Illum kellna l-isfida li ridna naghtu aktar bi spiza inqas. Il-problema tad-deficitpubbliku kienet ilha tinheba ghal hafna snin. Issa ried ikun hemm mizurifit-tul biex naddattaw biex b'dak li ghandna naslu aktar 'l quddiem - b'anqasnaghmlu aktar u ahjar.
Il-Prim Ministru qal lillum kienu qed jinholqu hafna gideb li setghu jhawdu l-ideat. Wahda minn dawnkienet dwar it-tnehhija tal-VAT. Flok din it-taxxa kienet dahlet ohra aktaraddattata ghal pajjizna. Mhux minnu li issa kien se terga tidhol il-VAT. Li sejsir hu li s-sisa se tigi applikata gradwalment fuq oggetti mahduma f'Malta.Lanqas ma kien minnu li seta' kien hemm xi forma ta' relazzjoni bejn Malta ul-Unjoni Ewropea li bih stajna nevitaw il-problema tad-deficit. Irridunkunu ahna li naslu ghas-soluzzjoni ta' din il-problema li gvernijiet passatigabu fuqna b'idejhom. It-tielet gidba kienet li s-sistema gdida ta' tassazzjoni wassletb'xi mod ghall-holqien tad-deficit. Id-deficit writnih u wasalbiex illum ilahhaq ghal hdax fil-mija tal-GDP. L-isfida ghall-futur hi linnaqqsu dan id-deficit b'mod gradwali ghal wiehed sostenibbli. Irridunaqilbu l-folja minghajr ma noholqu tbatija zejda. Dan seta' jsir fuq medda ta'tliet snin. U fejn il-Gvern jara li qed tinholoq tbatija, hu stess ikun lest lijidhol biex itaffi din it-tbatija.
Il-Prim Ministru tenna li ghall-quddiem iridu jittiehdu mizuribiex l-evazjoni fil-hlas tat-taxxa titnaqqas, ried jizdied il-kontroll fuqil-hela u l-abbuzi u jkun limitat r-reklutagg fic-Civil.
Qabel ma ghalaq il-Prim Ministru ghamel xi riflessjonijiet fuq is-sitwazzjoniattwali tal-pajjiz. Huwa qal li l-Gvern jirrispetta d-dritt tal-amministraturipubblici kollha li jsegwu d-direttivi tal-union taghhom dwar azzjoniindustrijali. Izda kellu jkun hemm ukoll rispett shih lejn il-ligijietindustrijali fil-pajjiz. Dawn il-ligijiet kienu jaghtu l-haddiema d-dritt lijiehdu azzjoni industrijali. L-istess ligijiet kienu jippermettu lill-managementli jassigura illi jaghmel minn kollox biex jara li s-servizzi li huresponsabbli ghalihom ikomplu jinghataw. Il-Qorti stess insistiet kemm-il darbali l-management mhux biss ghandu d-dritt imma ghandu wkoll l-obbligu lijzomm is-servizzi ghaddejjin.
B'mod civili u b'mod ragonevoli kulhadd kellu jirrispettal-legalita` ta' dan il-pajjiz. Il-Gvern kien hareg direttivi amministrattivifuq l-ghoti ta' overtime. Biss, meta nduna li dawn id-direttivi kifinkitbu setghu joholqu problemi legali mill-ewwel irtirahom. Min-naha l-ohrail-Gvern kien jistenna li l-unions, min-naha taghhom, ukoll jirrispettawil-legalita` tal-pajjiz. It-theddid lil min ghazel li jastieni milli jimxi fuqid-direttivi ta' azzjoni ndustrijali kien illegali daqs il-theddid lejn minried li jsegwi dawk l-istess direttivi. Bl-istess mod, min jhedded jew ifixkelid-dover tal-management li jaqdi dmiru kien ukoll qed jagixxi b'modillegali. Anqas u anqas jista' jigi skuzat agir li jmur, kif gara fil-Freeport,hafna aktar 'l boghod minn hekk fit-triq ta' l-illegalita`. In-nuqqas ta' qbilbejn is-social partners ried jithalla jiehu triqtu b'mod kalm u b'modcivili li jirrispetta l-ligijiet tal-pajjiz.
Il-Gvern kien deciz li, b'dan l-istess mod,ghall-futur, kien se jkompli jmexxi r-riformi tieghu - riformi iebsa, immamehtiega u eccitanti. Dan kien se jkompli jaghmlu b'mod kalm u determinat waqtli jhalli spazju li, min ma jaqbilx, ikun jista' jikkontesta u jipprotestaskond in-normi tad-demokrazija parlamentari moderna, u skond il-ligijiettal-pajjiz.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901