Punti mill-Konferenza Stampa moghtija mill-Onor. Helena Dalli, Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa dwar il-Kampanja ghal izjed Kunsilliera Nisa ghal Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 1998
Is-Segretarjat Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa qieghed iniedikampanja sabiex in-numru ta' nisa fil-hajja pubblika jizdied. Bizzejjed naghtu harsa lejn it-tqassim tar-rapprezentanza fil-lokalitajiet fejn ser ikun hemmelezzjoni fl-14 ta' Marzu li gej biex naghrfu l-bzonn ta' sehem akbar ta' nisaf'dan il-qasam. Fi tmien lokalitajiet, in-numru ta' nisa kunsillieri huwa ta'wiehed, filwaqt li hemm disa' lokalitajiet ohra fejn m'hemm l-ebda marakunsilliera. Minn total ta' 140 Kunsillier, f'dawn it-22 lokalita`, 18 bisshuma nisa (12.25%)(ara App.1).
Biex nersqu lejn rapprezentanza xierqa bejn nisa u rgiel bhalal-ewwel pass, hemm bzonn li aktar nisa jikkontestaw l-elezzjonjiiettal-Kunsilli Lokali bhala kandidati indipendenti. Dan ikun fl-ispirtutal-politika tal-Gvern li fil-hidma tal-Kunsilli Lokali ikun hemm sehem shih ta' nisa u rgiel fi spirtu ta' kollaborazzjoni minghajr firda politika bejnic-cittadini u r-rapprezentanti taghhom.
It-tieni fazi tal-Kampanja tkun indirizzata lejn il-pubbliku in generali biex b'hekk tikber il-possibilita' illi aktar nisa jigu eletti bhalakunsilliera.
Fost l-attivitajiet li ser jigu organizzati biex ic-cittadinikollha jaghrfu l-htiega ta' sehem shih tan-nisa u l-irgiel fis-socjeta`, hemm workshoporganizzat mid-Dipartiment ghall-Ugwaljanza tan-Nisa u seminar li qedisir b'koordinazzjoni ma' l-Universita` ta' Malta. Il-kandidati nisaprospettivi ser ikollhom laqgha socjali fis-Segretarjat Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa, fil-Berga ta' Kastilja.
(Ara App. 2 ghal programm).
Fl-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tas-sena l-ohra kien hemm zieda ta' sitta fin-numru ta' nisa eletti kunsillieri.
Appendix2
Programm ghall-Elezzjonijiet ghall-Kunsilli Lokali - 14/3/98
1. Ser jigi organizzat workshop ghan-nisa kandidati.Id-diskussjoni tinkludi l-organizazzjoni ta' kampanja elettorali u l-aspetttal-mezzi ta' komunikazzjoni ma' l-elettorat tal-komunita' taghhom. Kunsillieri nisa ser jaqsmu l-esperjenzi taghhom f'danil-qasam. Dan il-workshop ser isir nhar l-Erbgha, 11 ta' Frar 1998,mill-5.30 sat-8.00 ta' filghaxija fi Project House, il-Furjana.
2. F'koordinazzjoni ma'l-Universita` ta' Malta ser isir seminar fi Frar 1998. Bhalaparti mill-kors Women and Development, l-istudenti jipprezentaw suggetti ghad-diskussjoni fuq aspetti differenti li jinkludu
* l-bzonn ta' sehem in-nisa fil-livelli fejn jittiehdud-decizjonijiet biex tizviluppa demokrazija shiha
* kif persuna ghandha tipprezenta ruhha ma' l-elettorat
* strategiji ghat-tmexxija effettiva
Il-participazzjoni ta' l-istudenti tohloq pont effettiv bejnl-istudju li jsir fl-Universita` u l-hajja ta' kuljum tal-kunsillieraprospettivi.
3. Nhar it-Tlieta, 10 ta' Marzu 1998, bejn l-4.30 p.m. u 5.30 p.m.il-kandidati nisa ser ikollhom laqgha socjali fis-Segretarjat Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa, fil-Berga ta' Kastilja.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901