Left arrow Mur Lura

Importazzjoni ta' haxix frisk

PR0064
Date Icon 14/01/1998

Il-bdiewa u l-konsumaturi qed jintlaqtu hazin mill-effettikkawzati mill-maltemp u x-xita li kien hawn fil-gzejjer Maltin f'dawnl-ahhar xhur. Dan minhabba l-fatt li filwaqt li l-bdiewa qed ikabbru marginita' produzzjoni anqas mis-soltu f'perjodu itwal, il-konsumatur qed jintlaqat biprezzijiet gholjin fis-suq lokali ghall-haxix frisk.

Din is-sitwazzjoni giet diskussa f'dawn l-ahhar jiem bejnil-Ministeru tal-Biedja u Sajd u il-Ministeru tal-Kummerc flimkienmal-Koperattiva centrali tal-Bdiewa u l-ghaqdiet taghhom, bil-ghan li tittaffal-problema tal-konsumatur bl-anqas impatt negattiv fuq id-dhul tal-bdiewa lidiga' qed jiffaccjaw telf minhabba n-nuqqas ta' produzzjoni fil-prezent.

Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, fejnspjega li kien ghalhekk li nharget sejha ghall-applikazzjoni ta'importazzjoni ta' kwantita limitata ta' pastard, kabocci u patata biex jigumpurtati sa' l-ahhar ta' Jannar.

Dawn l-offerti fil-prezent qed jigu kkunsidratimill-Ufficjali tad-Dipartiment tal-Biedja, id-Dipartiment tal-Kummerc u ta'l-ghaqdiet tal-Bdiewa, sabiex ghall-perjodu sa' l-ahhar ta' Jannar, jitnaqqsul-levies fuq dawn it-tlett prodotti, biex tigi mnaqqsa s-sitwazzjoniprezenti ta' prezzijiet gholjin, li qed jiffaccja l-konsumatur, kawzatal-maltemp.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow