Left arrow Mur Lura

Il-Kamra tal-Kummerc tiltaqa' mal-Prim Ministru

PR0052
Date Icon 12/01/1998

Il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant illum iltaqa' mal-President il-gdid u mal-membri ezekuttivital-Kamra tal-Kummerc fl-Ufficcju tal-Prim Ministru fil-Parlament. Matul dinil-laqgha iz-zewg nahat tkellmu dwar il-hidma tal-Gvern u tas-settur privatmatul din is-sena u dwar il-programm ta' ristrutturar ta' l-industriji fid-dawltat-tahditiet li l-Gvern se jkollu ma' l-Unjoni Ewropea ghal zona ta' kummercindustrijali hieles.

Is-Sur Louis Farrugia,il-President il-gdid tal-Kamra tal-Kummerc qal lill-Prim Ministru li matul dinis-sena il-Kamra tal-Kummerc se tkun fuq quddiem biex tibqa' tiddefendil-interessi u l-inizjattivi tas-settur privat. Is-Sur Farrugia qal li l-Kamratal-Kummerc ghandha rwol importanti x'taghti matul din is-sena b'modpartikolari fil-qasam tan-negozjati li l-Gvern Malti se jkollu ma' l-UnjoniEwropea. Il-President tal-Kamra tal-Kummerc wera l-intenzjoni ta' l-ghaqda litikkontribwixxi waqt dawn in-negozjati u li taghti l-opinjonijiet taghha dwaris-sitwazzjoni ekonomika u l-programm ta' ristruturazzjoni.

Il-Prim Ministru qal lil-Gvern huwa impenjat li jitwettaq il-pjan biex fi ftit snin ohra Malta ul-Unjoni Ewropea jkollhom zona ta' kummerc industrijali hieles. Dr. Sant qal lil-Gvern se jkun impenjat ukoll biex matul din is-sena jitjieb l-operattal-Gvern billi naghmlu ahjar b'anqas risorsi. Il-Prim Ministru qal lil-process ta' ristrutturazzjoni jrid isir fuq medda ta' snin u qal li danjitlob sforz kolletiv mis-setturi kollha involuti.

Il-Kamra tal-Kummerc din is-sena qed tfakkaril-150 sena mit-twaqqif taghha.


Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow