Left arrow Mur Lura

Ipprezentat ir-Rapport ta' hidma ghas-sena 1997 tal-Ministeru tad-Djar

PR0050
Date Icon 12/01/1998

Il-Ministeru ghad-Djar matul is-sena li ghaddiet hejja u bedajwettaq l-akbar programm ta' housing f'dawn l-ahhar 10 snin. Bizzejjedwiehed jghid li diga' thejja pjan biex fl-erba' snin li gejjin jinbnew madwar3,000 maisonettes u appartamenti. Diga' saru applikazzjonijiet quddieml-Awtorita' ta'l-Ippjanar biex jinbnew 1,018 post gdid. Ghadd gmielu ta'postijiet diga' bdew jinbnew u jitqassmu. Dan habbru l-Ministru ghad-Djar,is-Sur Alfred Portelli, meta llum ipprezenta ir-Rapport ta' Hidma ghas-sena1997.

Il-Ministru kien qieghed jitkellem f'Tal Fuklar, f'H'Attard, fejnqed jinbnew ghadd ta' maisonettes. Huwa qal li l-Ministeru llum majistax iwarrab il-konsiderazzjonijiet ambjentali, dawk finanzjarji difficlital-pajjiz u fuq kollox irid joqghod ghar-regoli, hafna drabi rigidi,ta'l-Awtorita' ta'l-Ippjanar. Huwa qal li qieghed isir dan ix-xoghol kollu,minkejja li qatt, fl-istorja tal-housing f'Malta, ma kien hemm daqshekkrestrizzjonijiet biex il-Ministeru jkun jista' jwettaq malajr il-programmtieghu, bil-ghan li jtaffi l-problema akuta ta' housing li wiretminghand il-Gvern precedenti.

Is-Sur Portelli qal li meta dahal f'dan id-dikasteru, f'Ottubrutal-1996, ried litteralment jibni Ministeru mix-xejn. Kienet l-idea tieghumill-bidunett li filwaqt li jirrijorganizza d-dipartimenti li jaqghu tahtupermezz ta' "operations review", jattakka l-problema tal-housing b'modglobali. Mill-ewwel saret analizi profonda tal-fatti li hargu mic-Censimenttal-1995, biex jigu identifikati l-htigijiet ta' housing fil-pajjiz ufuq dawn is-sejbiet tfassal programm ghall-gejjieni. L-ambjent ta' dawn in-niesu ohrajn ghandu jitjieb permezz tal-Ligi tal-Kondominja li ghadha kemm ghaddietmill-Parlament.

Bhal f'kull settur iehor ta' din l-Amministrazzjoni, is-setturtad-djar beda jitmexxa b'vizjoni moderna li titlob li s-soluzzjonijiet iridujinstabu skond xenarju globali. Il-Ministru qal li l-Ministeru tieghumill-ewwel beda jahdem fuq iz-zewg aspetti ewlenin tal-bini battal, li skondstudji li saru jlahhqu mal-20,000 post u l-art u l-arja li fuqhom jista' jitla'l-bini.

Bini Battal

Dwar l-aspett ta' propjeta' battala li fil-parti kbira taghha hijatal-privat, il-Ministeru haseb minn kmieni biex jahdem halli din il-propjeta'tohrog fis-suq tal-bejgh jew tal-kiri, peress li l-mizuri mehudamill-Amministrazzjoni precedenti ma tawx ir-rizultati mixtieqa. Sar ghalhekkprogett pilota fil-Furjana biex jigu identifikati l-postijiet battala us-sidien rispettivi taghhom. B'rizultat ta' dan il-progett, bhalissal-Awtorita' tad-Djar qeghda f'neguzjati ma' ghadd ta' sidien biex tixtripropjeta' battala f'dan il-lokal u f'lokalitajiet ohra madwar Malta. Sarethidma mill-qrib mar-Registru ta'l-Artijiet biex din l-identifikazzjonitithaffef. Bla telf ta' zmien inhatret Kummissjoni ghar-Revizjoni uKonsolidazzjoni tal-Ligijiet tal-Kera bil-ghan li s-sidien jigu mhajra johorgul-proprjeta' battala taghhom fis-suq tal-housing socjali.

Art ghall-Bini

Il-Ministru qal li biex tibni trid l-art u din illum, minhabbahafna fatturi, skarsat hafna. Fost l-ewwel passi li ttiehdu kien hemmit-twaqqif tal-Kummissjoni mmexxija minn Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, li kellhal-inkariku li tidentifika art tal-Gvern u art ohra li giet f'idejn il-Gvernminghand il-Knisja.

"Dan ghamilnih ghaliex ridna naraw fejn se nibnu u kemmkapaci nibnu bil-finanzi disponibbli. Dwar l-ewwel konsiderazzjoni ridna insibuart. Mort nara x'artijiet xtrajna minghand il-Knisja u sibna li kien hemmmat-30,000 bicca propjreta' li hadd ma kien jaf ezatt fejn kienu, id-daqs u xikwalita' kienu," qal il-Ministru. Huwa kompla jghid li f'temp ta' ftitxhur il-Kummissjoni mmexxija minn Dr. Mifsud Bonnici, ghamlet hafna xogholbilli rnexxielha tidentifika fuq pjanti f'Malta u Ghawdex 'il fuq minn 350 sit"infil", u madwar 5,400 qatghet ta' art agrikola li l-Gvern xtaraminghand il-Knisja u liema minnhom ikunu jistghu jigu zviluppati ghal skop ta' housing.Ma' din il-hidma kienet qeghda ssir rijorganizzazzjoni mill-qiegh ta'l-Ufficcju Kongunt.

Progetti ta' Bini

Biex tigi ffrankata l-art, thejja progett gdid ta' bini ta' sulariaddizjonali fuq blokki ezistenti ta' appartamenti tal-Gvern. Saru diga'l-applikazzjonijiet ghall-permessi u huwa stmat li jinbnew mal-500 unitgdid. F'dawn il-blokki u f'ohrajn fejn hu possibbli, qeghdin u se jigu stallatilifts. Dan se jkun ta' beneficcju ghall-persuni b'dizabilita', anzjani uanke morda. Il-progett se jqum madwar Lm7,500,000. Qeghdin infasslu wkoll tlietprogetti godda ta' "slum clearance"- tnejn f'Bormla u iehor fil-BeltValletta.

Ghalkemm sar hafna xoghol ta' thejjija biex tinbena belt gdida umoderna f'Pembroke, il-preparamenti ghadhom sejrin fid-dawl ta' dak li ntqalfid-diskors tal-Budget ghal din is-sena, peress li x-xewqa hija li danil-progett isir bi shab mas-settur privat.

Persuni b'Dizabilita

Il-Ministru Portelli temm jghid li wahdamill-miri ewlenin tieghu kienet li jalloka kemm hu possibbli postijietalternattivi tad-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali lill-persunib'dizabilita'. Huwa qal li d-Dipartiment, minn Novembru tal-1996 sa l-ahhar ta'Dicembru 1997, alloka 35 post lill-persuni b'dizabilita' u l-familji taghhom.


Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow