Left arrow Mur Lura

Progett gdid iehor ta' bini ta' Housing f'Ghawdex

PR0040
Date Icon 09/01/1998

Progett iehor gdid ta' bini ta' housing li se jsirmill-Gvern f'Ghawdex huwa l-bini ta' 18-il maisonette u ghadd ta'garaxxijiet fl-inhawi maghrufa bhala ta' Kassja, fil-Qala'. Dawn mistennijajibdew jinbnew mill-Awtorita' tad-Djar ix-xahar id-diehel. Dan wara li l-Gvernbena f'Ghawdex u alloka 8 maisonettes, is-sena l-ohra. Gvern precedentikien ilu hames snin ma jalloka post f'Ghawdex permezz tal-Awtorita'tad-Djar.Dan qalu l-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, meta llum waranofs inhar zar is-sit fejn se jinbnew dawn il-maisonettes.

Is-Sur Portelli, li kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentarighal Ghawdex, Dr. Anton Refalo, qal li fis-6 ta' Jannar 1998, ghalqu l-offertighall-bini tal-maisonettes fil-Qala u aktar tard dan ix-xahar mistennijatinghata l-offerta. Dan il-progett li mistenni jigi jqum mal-Lm160,000 mistennijibda fil-bidu ta' Frar.

Il-Ministru habbar ukoll li bhalissa d-Dipartiment ghall-Bini uTiswija ta' Djar, qieghed ihejji l-pjanti ghall-progett iehor ta' bini ta' 26 maisonettesf'ta' Gokk fix-Xewkija. L-applikazzjoni ghall-permess lill-Awtorita' ta'l-Ippjanar mistennija tintbaghat aktar tard dan ix-xahar. Huwa wera t-tama li dawn il-permessi, bhal ma garafil-kaz tal-Qala, ma jdumux ma jinhargu.

Bhalissa f'Ghawdex hemm64 applikant ghall-post alternattiv quddiem id-Dipartiment ghall-AkkomodazzjoniSocjali li minnhom 21 qeghdin jghixu ma' haddiehor.

Flimkien mal-Ministru kien hemm, fost l-ohrajn,ic-Chairman tal-Awtorita' tad-Djar, is-Sur Victor Galea, il-General Managerta' l-istess Awtorita', is-Sur Victor Sciberras Grioli, id-Diretturtad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, il-Perit Anton Camilleri, is-SurGeorge Farrugia, Segretarju Privat tas-Segretarju Parlamentari, il-Konsulenttal-Ministru, Dr. Stefan Buontempo u s-Segretarju Personali, is-Sur MichaelMicallef.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow