Il-Ministru Alfred Portelli jzur omm b'dizabilita' li inghatat akkomodazzjoni alternattiva
Josephine Fava hija marau omm ta' 46 sena minn Haz-Zabbar, mara li kienet tbiegh is-sahha u li mil-lumghall-ghada sabet ruhha f'siggu tar-roti. Tliet snin ilu hija kienet iddahletl-isptar wara stroke u minn dak inhar ma mxietx aktar. Minn dak inharukoll hija sabet ruhha priguniera f'darha.
Hija kienet ilha litalbet post alternattiv lid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali sa mill-1988.Minhabba n-natura pjetuza tal-kaz, il-Ministru Portelli ha hsieb mill-ewwelbiex jipprovdi lis-Sinjura Fava u l-familja taghha b'akkomodazzjonialternattiva f'Wied-il-Ghajn. Illum is-Sinjura Fava hija mara kuntenta ghaliexwara tant snin se tibda tghix hajja relattivament normali, haga li ma setghetxtaghmel qabel minhabba l-hafna tarag li kellha fid-dar taghha.
Hija uriet il-hajrtaghha lill-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, meta llum mar izurhafid-dar l-qadima taghha fi Sqaq tal-Madonna tal-Mirakli, f'Haz-Zabbar, qabel mahi tmur fil-post il-gdid. F'diskors li ghamel il-Ministru qal li l-kaztas-Sinjura Fava huwa turija cara tal-politika ta' kuxjenza socjali u hanina lijimxi biha l-Gvern Laburista fejn jidhlu n-nies b'dizabilita'. Huwa qal li majistax ikun li nies bhal dawn li jkunu garrbu sfortuna fil-hajja jibqghu isofrughax ir-residenza taghhom ma tkunx adekwata.
Huwa qal lid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali minn Novembru tas-sena l-ohra alloka35 post adekwat lil persuni b'dizabilita' u l-familji taghhom. Huwa qal ukollli taht din il-legislatura bdew jigu stallati lifts f'ghadd ta'appartamentital-Gvern biex dawn isiru accessibbli ghal persuni b'dizabilita', nies morda uanzjani.
Huwa kompla jghid li,fuq inizzjattiva tal-Ministeru, l-Awtorita' tad-Djar bdiet tirriserva b'modkategorizzat ghadd ta' maisonettes u appartamenti ghall-persuni bi bzonnijietspecjali, tant li fil-harga ta' Lulju u Novembru li ghaddew irriservat 30 post.Dan barra li qeghda toffri ghotjiet ta' Lm1,200 -il wahda biex persuni bhaldawn ikunu jistghu jaghmlu tibdil fid-dar biex jirrenduha accessibbli. Qeghdawkoll tahdem fuq skema gdida biex ikunu jistghu jikkonvertu parti mill-postfejn jghixu f'fond separat. B'hekk nies b'dizabilita' jkunu jistghu jghixuhajja indipendenti. Il-Ministru awgura lis-Sinjura Fava u lill-familja taghhagejjieni hieni. Huwa heggigha biex issa li ghandha post accessibbli terga'tibda tmur ghall-fisjoterapija.
Flimkien mal-Ministru kien hemm il-Konsulenttieghu, Dr. Stefan Buontempo u s-Segretarju Personali, s-Sur Michael Micallef.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901