Il-Ministru Michael Farrugia iqassam certifikati fi tmiem kors fuq l-igjene fil-Catering
PR998
28/05/1997
| Waqt prezentazzjoni ta' certifikati lill-impjegati tal-kumpanija Astoria | Services Ltd., il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia qal li d-Dipartiment tas-Sahha qed jahdem bis-shih sabiex itejjeb il-livell ta' l-igjene fil-lukandi u ristoranti u stabbilimenti tal-ikel in generali, sabiex jintlahaq livell internazzjonali. Il-Ministru Michael Farrugia qal li skond figuri u statistika ta' l-ahhar tlitt snin fuq l-igjene fl-istabbilimenti ma tantx huwa kuntent ghax minn sena ghall-ohra ftit kien hemm improvement. Huwa qal li bejn wiehed u iehor inzamm l-istess livell ta' igjene. |
| Ghalhekk diga ttiehdet l-ewwel mizura sabiex health inspectors | jittrenjaw fuq livell ghola ta' spettorat fuq l-igjene fl-ikel. |
| Huwa qal li fl-istagun tas-Sajf ikun hawn hafna kazi ta' mard | ikkagunat minn avvelenament fl-ikel. Sadanittant bil-kooperazzjoni tal-F.A.O. id-Dipartiment qed jahdem fuq abbozz ta' ligi dwar Food Safety. |
| Mizura ohra li ttiehdet hi li tigi mmodernizzata u attrezzata | l-kcina ta' l-Isptar San Luqa, ghax il-Gvern jemmen li jrid jgholli l-istandard ta' kwalita' fis-settur tieghu. |
| Il-Ministru Farrugia fahhar lis-Sur Anton B. Dougall, il-Managing | Director tal-kumpanija Astoria ghal pass li ghamel sabiex jigi organizzat tahrig fuq l-igjene ghal-impjegati tieghu u heggeg aktar kumpaniji biex jaghmlu bhal Astoria Services Ltd. |
| Huwa awgura success lil 20 impjegat li hadu c-certifikat mir-Royal | Society of Health. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901