Il-Ministru Michael Farrugia jiltaqa' mad-Direttur Generali tal-FAO
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia kellu laqgha mad-Direttur Generali tal-FAO, Dr Jacques Diouf u mad-Direttur Regjonali s-Sur Manfred Lindau, fl-ufficcju tieghu f'Santa Venera.
Il-Ministru Michael Farrugia semma' l-programm mal-FAO rigward il-kontroll u legizlaturi godda dwar il-prodotti ta' l-ikel. Semma' wkoll il-kollaborazzjoni u l-koperazzjoni li tezisti bejn id-Dipartiment tas-Sahha u d-Dipartiment ta' l-Agrikultura u kif l-ispetturi tas-sanita' jkunu dejjem lesti biex jaghmlu testing fejn ikun hemm bzonn.
Dr Jacques Diouf qal li l-FAO ghanda pjanijiet biex ittejjeb il-kwalità ta' l-ikel impurtat u esportat minn pajjiz ghall-iehor. Huwa qal ukoll li Malta hija wahda mill-pajjizi li tikkopera mal-programmi tal-FAO.
Huma semmew ukoll il-qasam turistiku Malti, fejn il-Ministru Michael Farrugia qal li l-istabbilimenti turistici ghandna nzommuhom b'livell gholi biex igawdu kemm it-turisti li jigu hawn Malta, kif ukoll il-Maltin stess.
Stqarrijiet Oħra:
PR261895
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...
PR261894en