In-Newtralita' ta' Malta ghadha relevanti fil-kuntest tal-Mediterran - Il-Prim Ministru lill-B.B.C.
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal lill-BBC illum li fil-fehma tal-gvern il-gdid Malti in-newtralita' ta' Malta ghadha relevanti fil-kuntest tal-Mediterran. Dr. Sant qal li n-newtralita' tiehu t-tifsira skond kif tiddefeniha u skond fejn tkun. Jekk tkun l-Awstrija tfisser mod, jekk tkun l-Isvezja tfisser mod u jekk tkun Malta tfisser haga ohra wkoll. Il-Prim Ministru Alfred Sant qal li Malta ghandha tkun 'Svizzera fil-Mediterran' u li hija l-politika tal-gvern il-gdid li jzomm rabtiet mill-qrib mal-Unjoni Ewropea u mal-girien ta' pajjizna fin-nofsinhar tal-Mediterran.
Il-Prim Ministru, li kien intervistat mill-gurnalista Meriel Beattle, qal lill-BBC fil-programm EUROPE TODAY li l-aktar haga importanti hija z-zamma tan-newtralita' ta' Malta. Il-Prim Ministru qal li l-kuncett tan-newtralita' ilu hemm aktar mill-gwerra bierda. Malta, qal Dr. Sant, kienet newtrali fis-seklu 17 u 18 u kienet newtrali fost is-setghet Ewropej li dak iz-zmien kienu qed jithabtu biex jahkmu r-rotot tal-Mediterran.
Il-BBC ikkwota lill-Prim Ministru Alfred Sant li qal li bir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea l-industrija u t-turizmu ta' Malta kienu jsiru aktar gholjin u ghalhekk anqas kompetittivi fis-swieq ta' barra. Minhabba f'hekk, qal Dr. Sant, konna nitilfu fuq l-esportazzjoni taghna. Il-Prim Ministru qal li shubija shiha li ried il-gvern Nazzjonalista kienet tfisser aktar zvantaggi milli vantaggi ghal pajjizna.
Il-gurnalista tal-BBC intervistat ukoll lil Dr. Eddie Fenech Adami, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni. Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni qal lill-BBC li huwa jaghti htija lill-Unjoni Ewropea li dewmet lil Malta tistenna ghas-shubija mitluba mill-gvern tieghu. Dr. Fenech Adami qal li ma jara l-ebda raguni ghala t-triq ta' Malta ghas-sbuhija ma kellhiex tkun accellerata. Kulhadd jammetti, qal il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, li konna sejrin tajjeb. Skond Dr. Fenech Adami, Malta kellha l-kredenzjali kollha ghas-shubija u qal li l-ekonomija kienet miexja tajjeb wisq.
Il-lezzjoni ta' Malta qieghed hemm, qal il-Kap ta' l-Oppozizzjoni li zied jghid li huwa jaf li fic-crieki li jghoddu ta' l-Unjoni Ewropeja issa qeghdin jammettu li ma tawx lil Malta dak li haqqha. Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni ammetta mal-BBC li l-gvern tieghu seta' nqata' minn mal-poplu qabel l-ahhar elezzjoni dwar il-kampanja tieghu biex jidhol fl-Unjoni Ewropea.
Meriel Beattle tinsab Malta bhalissa biex issegwi l-Konferenza Ewro-Mediterranja li tiftah ghada f'Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, il-Belt.
Other Press Releases:
PR261895
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...
PR261894en