Diskuss il-pjan tal-Protezzjoni Civili mal-Gvern Taljan
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant iltaqa' mal-Ministru Plenipotenzjarju Taljan Salvatore Zotta u l-General Umberto Pellizzola fejn gew diskussi l-progetti li jaqghu taht il-Pjan tal-Protezzjoni Civili ghall-gzejjer Maltin. Dan il-pjan huwa finanzjat mir-Raba' Protokoll Finanzjarju bejn il-Gvern Taljan u l-Gvern Malti. Il-laqgha saret fl-Ufficcju tal-Prim Ministru fil-Berga ta' Kastilja.
Il-Prim Ministru esprima s-sodisfazzjon tieghu ghall-progress milhuq f'dan il-progett u awgura li l-kollaborazzjoni bejn iz-zewg pajjizi fl-isfera tal-protezzjoni civili tkompli tizviluppa u tikber. Dr. Sant qal li billi z-zewg pajjizi jaqsmu l-istess bahar huwa fl-interess taz-zewg pajjizi li jikkoordinaw l-attivitajiet taghhom f'dan il-qasam importanti ghall-protezzjoni tac-cittadini infushom u tat-turisti li jzuru pajjizna.
Il-Ministru Plenipotenzjarju Zotta qal li l-progett tal-Protezzjoni Civili bejn iz-zewg pajjizi huwa ezempju car ta' kif ghandhom jitmexxew b'success il-ftehim bilaterali. Il-Ministru Zotta wassal lill-Prim Ministru l-awguri tal-Professur Barberi, is-Sotto Segretarju della Protezione Civile fil-Gvern Taljan.
Fil-jiem li gejjin delegazzjoni teknika Maltija se titla' l-Italja biex taghmel ir-rakkomandazzjonijiet lill-Gvern Taljan u l-Gvern Malti dwar dawk il-progetti li jistghu jigu iffinanzjati mill-Protokoll Finanzjarju matul din is-sena. Il-progett jikkonsisti principalment f'xiri ta' apparat komplet ghas-Sala Operattiva tal-Protezzjoni Civili. Jinkludi wkoll xiri ta' makkinarju divers u apparat iehor ghall-Fire-Fighting fuq l-art. Il-progett jinkludi wkoll xiri ta' tliet vapuri kompletament godda u attrezzati bl-aktar makkinarju modern ghas-salvatagg. Dawn il-vapuri jkunu jilqghu kontra disgrazzji ohra tan-nar li jistghu jigru fuq opri tal-bahar li jkunu fl-ibhra ta' Malta u madwar il-kosta Maltija. Dan jinkludi salvatagg u protezzjoni tal-passiggieri li jkunu fuq vapuri u lanec li jaqsmu bejn Malta u Ghawdex. Din se tkun l-ewwel darba fl-istorja ta' Malta li protezzjoni ta' dan it-tip se tkun tista' tinghata f'kazijiet bhal dawn. Wiehed minn dawn il-vapuri se jkun ukoll attrezzat kontra t-tniggiz tal-bahar.
Prezenti ghall-laqgha kien hemm ukoll il-Ministru Joe Mizzi, Signor Marco Colombo, l-Ambaxxatur Taljan ghal Malta, il-General Umberto Pellizzola, Kap tat-Taqsima tal-Protezzjoni Civili fl-Italja u s-Sur Louis Cilia, Segretarju Permanenti fid-Divizjoni ta' l-Intern fl-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Other Press Releases:
PR261895
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...
PR261894en