Il-Kabinett ser jevalwa r-rakkomandazzjonijiet dwar it-Teknologija tal-Informatika
Fil-gimghat li gejjin il-Kabinett tal-Ministri se jevalwa rakkomandazzjonijiet dwar it-teknologija ta' l-informazzjoni ta' l-infrastruttura ta' pajjizna biex jittiehdu d-decizjonijiet futuri fl-entitajiet pubblici u fil-qasam tas-settur privat. Dan qalu dalghodu l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant meta indirizza s-Seminar Annwali tal-Kamra ta' l-Inginiera Professjonali fil-Lukanda San Gorg Corinthia. Il-Prim Ministru qal li hija l-fehma tal-Gvern il-Gdid li bi shubija bejn is-settur pubbliku u s-settur privat jistghu jintlaqghu l-isfidi tas-seklu l-gdid f'dan il-qasam ta' innovazzjonijiet rapidi.
Il-Prim Ministru qal li huwa d-dmir ta' kulhadd li nimmassimizzaw il-potenzjal tal-programmi u l-inizjattivi li inholqu bil-process tal-Konferenza Ewro-Mediterranja li se tiltaqa f'Malta l-gimgha d-diehla. Dr. Sant qal li l-filosofija politika tal-Gvern il-Gdid - in-newtralita' - kienet strumentali biex Malta setghet tilqa' din il-Konferenza. Ma kinitx b'sorpriza, qal il-Prim Ministru, li l-istil gdid ta' pajjizna li jistabilixxi relazzjoni gdida u specjali ma' l-Unjoni Ewropea diga' qed titqies mill-kommunità internazzjonali bhala ta' beneficcju ghar-regjun tal-Mediterran.
Il-Prim Ministru semma wkoll l-laqgha importanti li se ssir Malta s-sena d-diehla ghall-esperti barranin fil-qasam tat-telekommunikazzjonijiet. Dr. Sant qal li din hija opportunità ohra biex nespandu l-potenzjal taghna biex nibnu orizzonti godda fis-settur tat-telekommunikazzjonijiet u fit-teknologija ta' l-informazzjoni.
Il-Prim Ministru sahaq dwar l-importanza li l-Gvern il-Gdid qed jaghti lit-tekonologija ta' l-informazzjoni. Huwa qal li l-Gvern il-Gdid mill-ewwel waqqaf kumitat bil-kollaborazzjoni tal-Kamra tal-Kummerc biex jirrevedi l-istrategija nazzjonali ghat-teknologija ta'l-informazzjoni tal-1994. Il-Kumitat il-gdid irrakkomanda t-twaqqif ta' Kummissjoni Nazzjonali ghat-Teknologija ta' l-Informazzjoni.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern il-Gdid huwa impenjat li jinvesti fi programm ta' teknologija ta' l-informazzjoni fil-qasam ta' l-edukazzjoni biex dan ikun il-bazi ta' l-izvilupp ghal hajja ahjar ghall-generazzjonijiet tal-futur.
Stqarrijiet Oħra:
PR261895
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...
PR261894en