Turisti Anzjani Germanizi jsuru Ghawdex
Madwar tlett elef turist anzjani Germaniz bdew izuru Ghawdex kull gimgha bhala parti mill-programm organizzat minn Frosch Touristik u VSR-Reisen minn Berlin bejn is-9 ta' April u 3 ta' Gunju 1997, bill-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.
Ghal dan il-ghan gie organizzat programm ta' divertiment mis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. Mal-wasla ta' l-ewwel grupp fl-Imgarr Ghawdex, it-turisti Germanizi nghataw merhba bid-daqq tal-banda, filwaqt li tfajliet minn Grupp Folk lebsin ilbies tradizzjonali qassmu qronfol ta' lewn abjad u ahmar lin-nisa.
Wara nofs in-nhar gie mtella' programm ta' ghana, kant u zfin folkloristiku fil-misrah tac-Citaddella. Fl-istess okkazzjoni z-zeffiena tal-Grupp Folkloristiku qassmu bicciet tal-qubbajt tradizzjonali Ghawdxi.
Other Press Releases:
PR261895
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...
PR261894en