Il-Minisitru Charles Mangion u Dr. Anton Refalo f'laqgha mas-Sindki u s-Segretarji tal-Kunsilli Lokali Ghawdxin
Waqt li kien qed jindirizza lis-Sindki u s-Segretarji tal-Kunsilli Lokali Ghawdxin, Dr. Charles Mangion esprima s-sodisfazzjon li mil laqgha deher car li tezisti koperazzjoni shiha bejn is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex u l-Kunsilli Lokali. Dr. Anton Refalo indirizza ukoll il-laqgha li saret fl-Ufficcju tas-Segretarjat Parlamentari.
Minn interventi li ghamlu diversi kelliema gie innotat li l-problema principali hija l-istat hazin tat-toroq. Ghal dan il-ghan il-Kunsilli ghandhom jaghmlu rapport fuq l-istat tat-toroq tal-lokalità rispettiva, biex b'hekk tkun tista' issir klassifikazzjoni u definizzjoni tax-xoghlijiet li hemm bzonn. Dan ser isir b'koperazzjoni u bi ftehim li ntlahaq mad-Dipartiment tal-Xoghlijiet Pubblici u Konstruzzjoni.
Fl-indirizz tieghu Dr Anton Refalo sahaq li ghandu jkun hemm sorveljanza kontinwa fuq il-haddiema fuq ix-xoghol li jkun qed jitwettaq fil-lokalità rispettiva. Dr Refalo zied ighid li ghalkemm l-attachment ta' haddiema tal-Gvern mal-Kunsilli Lokali hija f'fazi ta' prova, jinsab infurmat li f'certi lokalitajiet din qeghda tahdem u taghti l-frott u hemm il-hsieb li tigi estiza ghal lokalitajiet ohra. Dr. Refalo wera s-sodisfazzjon ghal fatt li dejjem sab koperazzjoni minn naha tal-Kunsilli Lokali u tenna li dan huwa pass iehor importanti ghat-twettieq tal-Kunsill Regjonali.
Dr. Charles Mangion heggeg lill-Kunsilli Lokali biex jaghmlu uzu mis-Support Services li qed jaghti d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fejn qed joffri konsulenza legali u teknika.
Other Press Releases:
PR261895
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...
PR261894en