Cerimonja ta' Jum il-Helsien f'Ghawde
PR560
01/04/1997
Il-bierah, it-Tnejn, 31 ta' Marzu, fi Pjazza Indipendenza gie mfakkar Jum il-Helsien.
Wara li ndaqq marc mill-Banda tal-Pulizija ta' Malta minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza Indipendenza, l-Onor Anton Refalo, Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qieghed bukkett fjuri hdejn l-irhama kommemorattiva fi Pjazza Indipendenza. Ic-cerimonja kompliet billi indaqqet il-fanfara u wara l-Banda tal-Pulizija immarcjat mill-Pjazza Indipendenza ghal Pjazza San Frangisk.
Ghal okkazjoni inzamm kuncert ta' muzika klassika fis-Sala tal-Wirjiet, Pjazza San Frangisk, fejn attendew ghalih l-Onor Refalo, diversi ghaqdiet u personalitajiet ohra.
Stqarrijiet Oħra:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894