Maratona tas-Snooker b'risq il-Community Chest Fund f'Kazin tal-Banda f'Hal Luqa
Dalghodu, il-President ta' Malta, Dr.Ugo Mifsud Bonnici, zar il-Kazin tal-Banda Sant'Andrija, f'Hal-Luqa, fejn bdiet maratona ta' 56 siegha snooker b'rizq il-Kampanja Milied Flimkien, tal-Malta Community Chest Fund.
Il-President ta l-ewwel kolp ta' din il-maratona u f'diskors qasir, irringrazzja liz-zghazagh Luqin ta' din l-inizjattiva li qed jiehdu. Huwa qal li s-sabih ta' inizjattiva bhal din huwa li tkun qieghed tahseb biex tghin lil haddiehor f'mument ta' attivita' divertenti, bhal ma hi il-loghba ta' l-isnooker. Il-player professjonali ta' l-isnooker Tony Drago, imbaghad ta' wirja spettakolari ta' snooker sabiex bdiet il-maratona li ghandha tintemm nhar il-Hadd fil-ghaxija.
Iktar kmieni grupp ta' zghazagh li ghadhom kemm iggradwaw fil-kors tal-B.Com mill-Universita', zaru l-President fil-Palazz, il-Belt, Valletta u pprezentawlu cheque ta' Lm180, li kienet is-somma li huma qalghu u gabru mill-party tal-gradwazzjoni taghhom. Hawnhekk ukoll il-President fahhar il-fatt li ftakru f'dawk fil-bzonn proprju fil-mument tas-success taghhom fl-istudji.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901