Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-ilma testendi z-zmien tar-registrazzjoni tas-Swimming Pools
Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma tixtieq tinforma lis-sidien u operaturi tas-swimming pools kollha ezistenti li z-zmien sabiex jirregistrawhom mal-Korporazzjoni issa gie estiz sal-31 ta' Jannar 1998.
Kif intqal fl-istqarrija tal-bierah, il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma terga' tavza illi sabiex jigu regolarizzati s-swimming pools kollha ezistenti, is-sidien u/jew l-operaturi tas-swimming pools ghandhom jinfurmaw lill-Korporazzjoni x'inhuma d-daqs u l-ghamla ta' kull swimming pool li hi propjeta taghhom u/jew taht il-kontroll taghhom.
Fejn il-bini ta' swimming pools m'ghadux suggett ghall-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-applikazzjoni ghall-permess sabiex tinbena swimming pool f'residenza privata jew stabbiliment kummercjali issa ghandha ssir direttament mal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma. It-tariffa ta' Lm15 trid tithallas biex tkopri l-ispejjez amministrattivi.
Il-formoli tar-registrazzjoni jistghu jingabru mill-ufficcju generali tal-Korporazzjoni, li jinsab fi Triq Qormi, Luqa. Kull formola trid tigi ccertifikata minn Perit li jrid jipprovdi:-
* Pjanta bis-sit tal-pool (1:2500)
* Pjanta ohra (1:200 - 1:500) li tindika wkoll il-volum tat-tank tar-riserva ta' l-ilma, section u dettalji dwar il-kostruzzjoni tal-pool, b'mod specjali dwar x'sar biex ma jiskulax ilma minnha (water tightness).
Il-Korporazzjoni qed toffri servizz ta' helpline fuq in-numru 234540, mit-Tnejn sal-Gimgha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901