Tkompli l-esportazzjoni ta' haxix lejn l-Ingilterra
Kawza tax-xita li ghamlet f'dawn l-ahhar gimghat, gie effetwat hazin il-process ta' l-esportazzjoni ta' hxejjex lejn is-suq Ingliz.
Fil-fatt l-esportazzjoni mistennija terga' tibda l-gimgha d-diehla, minflok kif kien ippjanat fil-bidu ta' Dicembru.
Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, meta kien qed izur lill-bdiewa li fil-prezent qed ikabbru dawn il-hxejjex.
Huwa kompla jghid lill-bdiewa li fil-prezent hawn 'il fuq minn tmenin tomna mizrugha u sa Jannar mistenni jkun hawn 'il fuq minn hamsin tomna ohra.
B'hekk kemm-il darba jippermetti t-temp, l-esportazzjoni mistenni tilhaq medja ta' tmien tunnellati fil-gimgha u anke aktar, jekk il-bdiewa jassumu r-responsabbilita' taghhom.
Il-Ministru temm jghid li fi ftit ta' zmien iehor se jigu finalizzati arrangamenti sabiex il-hlas tal-prodotti esportati jsir fuq bazi ta' dak li huwa stabbilit fis-sistema tal-Pitkalija.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901