Left arrow Mur Lura

Donazzjoni ta' Pjanti lill-Ministeru tal-Biedja u Sajd

PR2408
Date Icon 18/12/1997

Il-hidma li qed twettaq it-taqsima tal-Urban and Rural Landscaping tad-Dipartiment tal-Biedja qed dejjem issib il-koperazzjoni ta' individwi privati.

Wara li l-APS Bank ghamel ghotja ta' serra ghal din it-taqsima, issa d-direttur tad-Ditta Alberta Fire Fighting and Security, is-Sur Barbaro Sant, ghamel ghotja ta' elf sigra ta' pjanti tal-Prinjol.

Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, meta dalghodu rcieva din l-ghotja fil-mixtla ta' Wied Incita.

Il-Ministru kompla jghid li bil-koperazzjoni tal-haddiema ta' dan il-post miexja sewwa l-hidma biex fis-snin li gejjin jigu prodotti sigar u pjanti biex jigi msebbah l-ambjent Malti.

Bhalissa qed issir diversifikazzjoni fis-sigar u pjanti li qed jitkabbru Wied Incita, u dan biex 'il quddiem ikollna sigar u xtieli li jhaddnu s-sena kollha u li jipproducu l-fjuri.

Il-Ministru qal li huwa apprezzat il-fatt li jkunu industrijalisti ohrajn li jimitaw dan l-ezempju. Kull ghotja u ghajnuna f'dan il-qasam, biex jigi msebbah aktar pajjizna, hija milqugha bil-ferh.

Il-Ministru kellu kliem ta' tifhir ghall-kumpanija Alberta u ghall-haddiema, u appella lill-pubbliku Malti biex jaghraf ihobb is-sigar u jibza' ghalihom

Dawn iz-zewg tipi ta' prinjol Pinus Negra u Pinus Sylvestris ser jkomplu jzidu d-diversita ta' pjanti li qed jitkabbru fil-mixtla ta' Wied Incita ghal dan il-ghan.

Il-Pinus Nigra, jew bhalma aktar maghrufa l-Austrian Pine, hija prinjola li tinsab kemm fl-Ewropa centrali kif ukoll fix-xlokk ta' l-Ewropa. Hija sigra li thaddar is-sena kollha u li tghix tajjeb f'ambjent simili bhal ta' Malta. Is-sigar ta' din il-kwalità jistghu jikbru sa 40 metru. Minn naha l-ohra il-Pinus Sylvestris, jew is-Scotch Pine, hija tip ta' prinjol li ma jikbirx b'forma ta' kolonna bhal Pinus Nigra izda, z-zkuk taghha jinfirxu. Din tikber kemm fl-Asia u kemm fl-Ewropa u titwal sa 35 metru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow