Il-Vici Prim Ministru George Vella jmur id-Danimarka ghal-Laqgha ta' l-OSCE
PR2405
17/12/1997
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, Dr. George W. Vella, ghada l-Hamis 18 ta' Dicembru 1997, se jhalli Malta fit-8.10 ta' filghodu ghad-Danimarka.
L-Onor. Vella se jindirizza s-sitt laqgha tal-Kunsill tal-Ministri ta' l-Organizzazzjoni tas-Sigurta' u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa. Din il-laqgha se tkun kondotta skond id-decizjonijiet tal-Konferenza ta' Helsinki 1992, ta' Budapest 1994 u s-Summit ta' l-Lisbona.
Ghal-laqgha huwa mistenni li jattendi l-President ta' l-Assemblea Parlamentari ta' l-Organizzazzjoni tas-Sigurta' u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE).
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901