Certifikazzjoni Internazzjonali ta' prodotti agrikoli mkabbra b'mod organiku
Aktar ma jitnaqqas l-uzu tal-bexx u l-kimika fuq l-ucuh tar-raba', aktar il-bdiewa ikollhom margini ta' qligh gust. B'rizultat ta' dan ikunu qed jigu mharsa ahjar id-drittijiet tal-konsumatur u jigi protett aktar l-ambjent naturali. Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd meta llum ltaqa' ma' Dr Daniele Fichera, li bhalissa jinsab Malta biex jispezzjona xoghol li qieghed isir fuq bazi ta' produzzjoni organika.
Dr. Daniele Fichera huwa rapprezentant tad-ditta Bio-Agri Co-op, li hi kumpanija internazzjonali li taghti gharfien u certifikazzjoni ta' prodotti agrikoli mkabbra b' mod organiku.
Huwa kompla jghid li l-esperimentazzjoni qed issir fuq it-tadam u l-frawli u kemm-il darba jinkisbu rizultati sodisfacenti, tikber ukoll l-opportunita ta' l-esportazzjoni lejn il-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea ta' dawn il-varjetajiet.
Il-Ministru spjega li separatament mill-esperimenti tal-produzzjoni organika fis-serer matul din is-sena, saru wkoll dawk tat-tnaqqis ta' l-uzu ta' bexx u kimika fuq l-ucuh tar-raba'. Fil-fatt spjega li bil-metodi tat-tkabbir ta' hxejjex lejn is-suq Ingliz, inqatghu tmenin fil-mija (80%) ta' l-uzu tal-bexx, kimika u gassijiet ohra, li s-soltu kienu jintuzaw mill-bdiewa biex ikabbru dawn il-prodotti.
Il-Ministru kompla jghid li huwa mistenni li l-Ministeru tal-Biedja u Sajd ikompli bil-hidma tieghu s-sena li gejja, sabiex jghin lill-bdiewa jeliminaw kompletament l-uzu ta'l-ghoxrin fil-mija (20%) tal-bexx li qed juzaw, halli din il-produzzjoni tkun tista' tigi ccertifikata ufficjalment bhala wahda organika.
Dawn ir-rizultati qeghdin kull ma jmur ikunu ta' sodisfazzjon kbir ghall-bdiewa u kemm-il darba jinkiseb ir-rizultat mehtieg, huwa kkalkulat li l-bdiewa jiffrankaw minimu ta' ghoxrin fil-mija (20%) ta' l-ispejjez li jirrikjedulhom il-metodi tal-lum biex ikabbru l-prodotti fl-ucuh tar-raba' u s-serer taghhom.
Matul id-diskors tieghu il-Ministru spjega li raguni ohra li qed isiru dawn l-analizi fuq produzzjoni organika ta' tkabbir ta' frawli u tat-tadam, hija li jinfethu swieq ta' esportazzjoni ghal dawn il-prodotti ghall-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea, xi haga li ghal disa' snin shah il-Gvern ta' qabel falla milli jwettaq.
Dr. Daniele Fichera qal li l-inizzjattiva li qed tissokta f'Malta bejn il-Ministeru tal-Biedja u Sajd, il-bdiewa u l-privat hija wahda sodisfacenti u l-poplu Malti ghandu jgharaf dan l-inpenn bhala wiehed serju u li se jistabbilixxi, ghall-ewwel darba, isem Malta fl-akbar organizzazzjoni internazzjonali ta' l-organic farming li hawn fid-dinja.
Dr. Daniele Fichera esprima wkoll sodisfazzjon kbir ghall-mod kif il-Ministeru tal-Biedja u Sajd qed isahhah l-infrastuttura bil-progett ta' rijabilitazzjoni tal-widien u qal li l-uzu ta' l-ilma naturali jaghti hafna sahha u palat lill-hxejjex li jitkabru mill-bdiewa.
L-espert Taljan jirrikonoxxi bis-shib il-hsieb tal-Minsteru tal-Biedja u Sajd, cioè li jekk kemm-il darba din il-produzzjoni organika tkun success, l-ewwel bdiewa li jigu meghjuna jintroducu din is-sistema, ikunu l-bdiewa li l-ucuh taghhom ikunu qrib dawn il-widien. B'hekk, sostna Dr. Fichera, jitnaqqsu l-livelli ta' kimici fl-ilma gieri u ghaldaqstant dan il-pass ghandu jkun sostnut bl-ligi halli l-access ta' l-ilma gieri u l-harsien ta' l-ambjent tabilhaqq ikun sostnut fil-Gzejjer Maltin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901