Stqarrija tal-Prim Ministru dwar il-mewt tas-sinjura Moira Mintoff
PR2401
16/12/1997
Il-mewt ta' Mrs. Moira Mintoff ma tistax ma timliniex b'soghba kbira. Bil-personalita' kwieta u soda taghha, Moira Mintoff ghamlet snin twal f'hidma mohbija ta' filantropija waqt li tat kontribut hiemed imma importanti lill-hajja socjali u politika ta' pajjizna.
Ghalkemm imwielda u mrobbija fl-Ingilterra, gharfet tul hajjitha ssir tifhem, thobb u tkun parti shiha minn Malta.
F'isem il-Gvern Laburista u f'ismi, naghti l-kondoljanzi profondi lill-Perit Duminku Mintoff li mieghu ghaddiet minn snin twal ta' sagrificcji personali li ggib maghha l-hidma politika, lit-tfal taghhom Anne u Yana u lill-familjari kollha taghhom.
Dr. Alfred Sant
Prim Ministru
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901