Tlesta l-Medical Brief ghall-isptar il-gdid ta' Tal-Qroqq
PR2376
11/12/1997
| Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, | t-tabib Michael Farrugia dal-ghodu qassam l-ittri ta' hatra lil 16-il tabib gdid. Dawn it-tobba kollha sejrin ikunu qed jahdmu fic-Centri tas-sahha li huma mxerrda mal-gzejjer Maltin. |
| Waqt din il-prezentazzjoni, gew mqassma wkoll l-ittri ghal 11-il | promozzjoni lill-impjegati varji fil-qasam tas-sahha. Tnejn minnhom huma ghat-tobba li saru konsulenti - wiehed fil-qasam ta' l-anestesija u iehor fil-kura tal-mard tal-gilda. B'hekk, in-numru ta' konsulenti godda li nhatru fit-tnax-il xahar li ghaddew huwa ta' tmienja. Hafna mill-konsulenti godda mahtura din is-sena kienu f'oqsma ta' specjalizzazzjoni fejn qatt ma kien hemm din l-opportunita'. |
| F'kelmtejn li ghamel, il-Ministru Michael Farrugia, huwa habbar | zewg zviluppi mportanti Dr. Farrugia zvela li tlesta l-'Medical Brief' ghall-iSptar il-Gdid ta' tal-Qroqq. F'dan id-dokument ta' 4 volumi, sar ezercizzju estensiv mid-Dipartiment tas-Sahha u mill-ispecjalisti biex jigi determinat b'mod professjonali x'inhuma l-htigijiet f'kull dipartiment mediku halli l-isptar gdid jitmexxa fuq linji moderni u jaqdi l-htigijiet tal-poplu Malti fil-gejjieni. L-istadju li jmiss hu li l-'Medical Brief' jigi awditjat minn kumpanija barranija ta' 'Hospital Planners'. Meta dan l-ezercizzju issa wasal fi stadju finali, l-bini fuq l-iSptar il-Gdid ta' Tal-Qroqq jista' jitkompla b'rittmu mghaggel. |
| Il-Ministru Michael Farrugia habbar ukoll li, ntlahaq ftehim ma' l-Assocjazzjoni | tat-Tobba (l-MAM) dwar il-hlas tal-'Merit Award'. |
| Fl-1993, il-Gvern kien ftiehem mal-MAM li t-tobba specjalizzati | kellhom jiehdu kumpens finanzjarju meta jaccellaw fil-qasam taghhom. Dan il-ftehim qatt ma gie attwat. |
| Il-Ministru Michael Farrugia habbar li l-Gvern prezenti u l-MAM | lahqu ftehim biex jigi onorat il-'Merit Award'. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901