Stqarrija mill-Awtoritajiet tas-Sahha dwar kura ghall-marda tal-Cancer
PR2374
11/12/1997
| Id-Dipartiment tas-Sahha ghal darb'ohra jikkundanna artikli li | dehru f'xi gurnali li taw prominenza kbira lil persuni barranin li qed jghidu li sabu kura ta' fejqan garantit ghall-marda tal-Cancer. |
| F'wiehed mill-artikli sahansitra gie allegat ukoll li r-raggi li | jinghataw fil-kura tal-Cancer "flok ma jnixxfu l-cancer, aktar jaghmluh aggressiv". |
| Id-Dipartiment tas-Sahha jtenni li l-kura li qed jipproponu dawn l-individwi | ma ghandha l-ebda bazi medika xjentifika ippruvata. Din il-kura qatt ma ssemmiet f'pubblikazzjonijiet medici specjalizzati. |
| Artikli bhal dawn ma jaghmlu xejn hlief ikabbru t-tamiet | tal-pazjenti u l-qraba taghhom meta fir-realta' dawn 'l hekk imsejha kuri m'huma xejn hlief pretensjonijiet bla sens. |
| L-Awtoritajiet tas-Sahha juzaw kuri accettati mill-aqwa | istituzzjonijiet mondjali. |
| Id-Dipartiment tas-Sahha jappella lill-pubbliku, specjalment | il-familji li ghandhom lil xi hadd ghaziz taghhom milqut b'din il-marda kiefra tal-cancer, biex ma jaghtux widen u ma jemmnux kull ma jaqraw. Dawn il-kazi ta' kura li ssemmew m'ghandhomx jinghataw importanza, jghidu xi jghidu l-gurnali li b'mod sensazzjonali u perikoluz accettaw li jippubblikaw dak li bellghulhom dawn l-individwi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901