Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Awtoritajiet tas-Sahha dwar kura ghall-marda tal-Cancer

PR2374
Date Icon 11/12/1997
Id-Dipartiment tas-Sahha ghal darb'ohra jikkundanna artikli lidehru f'xi gurnali li taw prominenza kbira lil persuni barranin li qed jghidu li sabu kura ta' fejqan garantit ghall-marda tal-Cancer.
F'wiehed mill-artikli sahansitra gie allegat ukoll li r-raggi lijinghataw fil-kura tal-Cancer "flok ma jnixxfu l-cancer, aktar jaghmluh aggressiv".
Id-Dipartiment tas-Sahha jtenni li l-kura li qed jipproponu dawn l-individwima ghandha l-ebda bazi medika xjentifika ippruvata. Din il-kura qatt ma ssemmiet f'pubblikazzjonijiet medici specjalizzati.
Artikli bhal dawn ma jaghmlu xejn hlief ikabbru t-tamiettal-pazjenti u l-qraba taghhom meta fir-realta' dawn 'l hekk imsejha kuri m'huma xejn hlief pretensjonijiet bla sens.
L-Awtoritajiet tas-Sahha juzaw kuri accettati mill-aqwaistituzzjonijiet mondjali.
Id-Dipartiment tas-Sahha jappella lill-pubbliku, specjalmentil-familji li ghandhom lil xi hadd ghaziz taghhom milqut b'din il-marda kiefra tal-cancer, biex ma jaghtux widen u ma jemmnux kull ma jaqraw. Dawn il-kazi ta' kura li ssemmew m'ghandhomx jinghataw importanza, jghidu xi jghidu l-gurnali li b'mod sensazzjonali u perikoluz accettaw li jippubblikaw dak li bellghulhom dawn l-individwi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow