Left arrow Mur Lura

Titlesta l-ewwel fazi ta' xoghol fuq Wied il-Qlejgha - tizdied il-hazna ta' l-ilma taht l-art

PR2363
Date Icon 10/12/1997
L-ewwel fazi tal-progett fuq Wied il-Qlejgha ghen biex tizdiedil-hazna ta' l-ilma taht l-art u biex l-ilma tax-xita ma jibqax jgharraq il-Mosta u l-inhawi ta' Burmarrad kif kien isir sa ftit ilu. Ix-xoghol li sar fuq dan il-wied huwa uniku fil-Mediterran ghax mhux biss gew salvati il-fawna, il-hxejjex u l-pjanti li kienu jikbru fl-inhawi, izda inbnew hitan godda tas-sejjieh fuq il-gnub tal-wied li gew imsahha b'gabbjuni li ngiebu apposta mill-Italja. Il-progett kien finanzjat mir-raba' protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Italja.
Wied il-Qlejgha jibda mill-pont tal-Fiddien, jinzel ghac-centru ta'Chadwick Lakes, jibqa' sejjer lejn il-Mosta f'Wied l-Isperanza, imbaghad jibqa' niezel sa Burmarrad u fl-ahhar l-ilma jibqa' sejjer lejn is-Salini.
Fil-Wied inbnew ghadd ta' diegi biex l-ilma naturali ma jintilifx ujkun jista' jintuza mill-bdiewa li jahdmu l-ghelieqi fl-inhawi. Issa l-ilma ghandu aktar zmien biex jippenetra gol-blat u allura jkun hemm aktar ilma mahzun fil-blat ghax-xorb ghax id-diegi se jaghtu l-opportunita' biex aktar ilma jkun jista' jippenetra minn gol-blat.
Ix-xoghol fuq Wied il-Qlejgha beda f'nofs Awissu ta' din is-senameta sar it-thammil tal-hamrija li matul is-snin kienet waqghet bil-hitan tas-sejjieh li ggarrfu. Din il-hamrija regghet tpoggiet fl-ghelieqi ghal skop agrikolu. Biex jigi mhares il-wirt ekologiku tal-Wied, l-ewwel sitt pulzieri tal-hamrija li kien hemm fil-wied gew konservati biex terga' titpogga lura fil-wied.
Aktar familji qeghdin jigu mhajra jzuru dan il-wied waqt il-hinhieles taghhom. Ghal dan il-ghan gew introdotti pontijiet li jaqsmu l-wied minn naha ghal ohra, saru stepping logs u viewing gallery biex il-wied jitgawda mill-pubbliku minn punti strategici.
Il-Prim Ministru mistenni jaghmel zjara ufficcjali f'Wiedil-Qlejgha nhar il-Gimgha filghodu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow