Titlesta l-ewwel fazi ta' xoghol fuq Wied il-Qlejgha - tizdied il-hazna ta' l-ilma taht l-art
PR2363
10/12/1997
| L-ewwel fazi tal-progett fuq Wied il-Qlejgha ghen biex tizdied | il-hazna ta' l-ilma taht l-art u biex l-ilma tax-xita ma jibqax jgharraq il-Mosta u l-inhawi ta' Burmarrad kif kien isir sa ftit ilu. Ix-xoghol li sar fuq dan il-wied huwa uniku fil-Mediterran ghax mhux biss gew salvati il-fawna, il-hxejjex u l-pjanti li kienu jikbru fl-inhawi, izda inbnew hitan godda tas-sejjieh fuq il-gnub tal-wied li gew imsahha b'gabbjuni li ngiebu apposta mill-Italja. Il-progett kien finanzjat mir-raba' protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Italja. |
| Wied il-Qlejgha jibda mill-pont tal-Fiddien, jinzel ghac-centru ta' | Chadwick Lakes, jibqa' sejjer lejn il-Mosta f'Wied l-Isperanza, imbaghad jibqa' niezel sa Burmarrad u fl-ahhar l-ilma jibqa' sejjer lejn is-Salini. |
| Fil-Wied inbnew ghadd ta' diegi biex l-ilma naturali ma jintilifx u | jkun jista' jintuza mill-bdiewa li jahdmu l-ghelieqi fl-inhawi. Issa l-ilma ghandu aktar zmien biex jippenetra gol-blat u allura jkun hemm aktar ilma mahzun fil-blat ghax-xorb ghax id-diegi se jaghtu l-opportunita' biex aktar ilma jkun jista' jippenetra minn gol-blat. |
| Ix-xoghol fuq Wied il-Qlejgha beda f'nofs Awissu ta' din is-sena | meta sar it-thammil tal-hamrija li matul is-snin kienet waqghet bil-hitan tas-sejjieh li ggarrfu. Din il-hamrija regghet tpoggiet fl-ghelieqi ghal skop agrikolu. Biex jigi mhares il-wirt ekologiku tal-Wied, l-ewwel sitt pulzieri tal-hamrija li kien hemm fil-wied gew konservati biex terga' titpogga lura fil-wied. |
| Aktar familji qeghdin jigu mhajra jzuru dan il-wied waqt il-hin | hieles taghhom. Ghal dan il-ghan gew introdotti pontijiet li jaqsmu l-wied minn naha ghal ohra, saru stepping logs u viewing gallery biex il-wied jitgawda mill-pubbliku minn punti strategici. |
| Il-Prim Ministru mistenni jaghmel zjara ufficcjali f'Wied | il-Qlejgha nhar il-Gimgha filghodu. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901