Innovazzjonijiet fis-sistemi ta' donazzjoni waqt il-Kampanja Milied Flimkien '97
PR2342
05/12/1997
| Bhala parti mill-Milied Flimkien '97, il-Malta Community Chest | Fund, permezz ta' kooperazzjoni u ghajnuna mill-Korporazzjoni TeleMalta ser tintroduci sistema gdida ta' donazzjoni u pledging waqt il-kampanja. |
| Permezz ta' din is-sistema l-ghotjiet li l-pubbliku ikun irid | jaghti lill-MCCF jistghu isiru permezz tas-set tat-telephone tad-dar. |
| L-istaff tekniku u l-inginiera tat-TeleMalta fasslu u ppreparaw | programmi tal-computer apposta ghal din l-innovazzjoni li qed tinghata l-isem ta' |
TELENGHIN '97
Bejn il-15 u l-31 ta' Dicembru 1997, il-pubbliku jista' jcempel fuq dawn in-numri li gejjin biex jaghmel l-offerti tieghu.
Offerta ta' LM2.00 - 00356002
Offerta ta' LM5.00 - 00356005
Offerta ta' LM10.00 - 00356010
| Min ikollu xi diffikulta' jista' jcempel fuq il-linja tal-Milied | Flimkien, jigifieri 252525, u jistaqsi dwar dak li ghandu bzonn ikun jaf. |
| Kull darba li individwu jcempel fuq dawn in-numri, malli | jirrisponduh il-voluntiera tal-MCCF, jigi ccargjat l-ammont rispettiv awtomatikament. |
| Dan l-ammont ser jidher fil-kont tat-telephone li ser | jintbaghat f'Jannar/Frar b'mod li l-individwu ikun jista jidentifikah bhala d-donazzjoni lill-MCCF. |
Cardphones ma jistghux jintuzaw fuq dawn in-numri.
| Huwa importanti hafna li sidien ta' coin-operated telephones | privati ghandhom jaghtu attenzjoni partikolari f'dawn il-granet biex ma jkunx hemm uzu tat-telephones taghhom ghal dan il-ghan minn persuni mhux awtorizzati mis-subscriber. |
| Dawk li jixtiequ jaghtu donazzjonijiet b'mod dirett jistghu jigu | personalment taht it-tinda il-Belt u jaghmlu dan. |
| Innovazzjoni ohra ser tkun gimmick li min jaghti donazzjoni | li tkun kbira u ta' min wiehed isemmiha ser ikollu l-opportunita' li jaghmel presentazzjoni ta' cheque mkabbar, li qed jinhadem apposta, bl-ammont tad-donazzjoni li tkun diga saret miktub fuqu. Din ic-cerimonja tista' tigi mxandra ukoll fuq it-TV dirett. Il-MCCF qed theggeg lil hwienet, bars, restaurants, ufficini, fabbriki u postijiet tax-xoghol ohrajn sabiex jigbru ammonti kollettivi u jigu jippartecipaw f'din l-inizjattiva helwa li qed taghmel il-MCCF din is-sena, bl-ghajnuna wkoll ta' xi banek. Min jaghmel donazzjoni b'dan il-mod ikollu ritratt jipprezenta dan il-megacheque lill-ufficjali ta' l-MCCF bhala rikordju. |
| Il-pubbliku huwa mheggeg biex jippartecipa bi hgaru sabiex dawn l-iskemi, | li kienu jinvolvu xoghol u sagrificcji personali minn diversi persuni sabiex setghu jigu ntrodotti, ikollhom is-success li jixraqilhom. B'hekk il-MCCF tkun tista tkompli bl-istess ritmu ta' hidma fejjieda |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901