Left arrow Go Back

Innovazzjonijiet fis-sistemi ta' donazzjoni waqt il-Kampanja Milied Flimkien '97

PR2342
Date Icon 05/12/1997
Bhala parti mill-Milied Flimkien '97, il-Malta Community ChestFund, permezz ta' kooperazzjoni u ghajnuna mill-Korporazzjoni TeleMalta ser tintroduci sistema gdida ta' donazzjoni u pledging waqt il-kampanja.
Permezz ta' din is-sistema l-ghotjiet li l-pubbliku ikun iridjaghti lill-MCCF jistghu isiru permezz tas-set tat-telephone tad-dar.
L-istaff tekniku u l-inginiera tat-TeleMalta fasslu u ppreparawprogrammi tal-computer apposta ghal din l-innovazzjoni li qed tinghata l-isem ta'

TELENGHIN '97

Bejn il-15 u l-31 ta' Dicembru 1997, il-pubbliku jista' jcempel fuq dawn in-numri li gejjin biex jaghmel l-offerti tieghu.

Offerta ta' LM2.00 - 00356002

Offerta ta' LM5.00 - 00356005

Offerta ta' LM10.00 - 00356010

Min ikollu xi diffikulta' jista' jcempel fuq il-linja tal-MiliedFlimkien, jigifieri 252525, u jistaqsi dwar dak li ghandu bzonn ikun jaf.
Kull darba li individwu jcempel fuq dawn in-numri, mallijirrisponduh il-voluntiera tal-MCCF, jigi ccargjat l-ammont rispettiv awtomatikament.
Dan l-ammont ser jidher fil-kont tat-telephone li serjintbaghat f'Jannar/Frar b'mod li l-individwu ikun jista jidentifikah bhala d-donazzjoni lill-MCCF.

Cardphones ma jistghux jintuzaw fuq dawn in-numri.

Huwa importanti hafna li sidien ta' coin-operated telephonesprivati ghandhom jaghtu attenzjoni partikolari f'dawn il-granet biex ma jkunx hemm uzu tat-telephones taghhom ghal dan il-ghan minn persuni mhux awtorizzati mis-subscriber.
Dawk li jixtiequ jaghtu donazzjonijiet b'mod dirett jistghu jigupersonalment taht it-tinda il-Belt u jaghmlu dan.
Innovazzjoni ohra ser tkun gimmick li min jaghti donazzjonili tkun kbira u ta' min wiehed isemmiha ser ikollu l-opportunita' li jaghmel presentazzjoni ta' cheque mkabbar, li qed jinhadem apposta, bl-ammont tad-donazzjoni li tkun diga saret miktub fuqu. Din ic-cerimonja tista' tigi mxandra ukoll fuq it-TV dirett. Il-MCCF qed theggeg lil hwienet, bars, restaurants, ufficini, fabbriki u postijiet tax-xoghol ohrajn sabiex jigbru ammonti kollettivi u jigu jippartecipaw f'din l-inizjattiva helwa li qed taghmel il-MCCF din is-sena, bl-ghajnuna wkoll ta' xi banek. Min jaghmel donazzjoni b'dan il-mod ikollu ritratt jipprezenta dan il-megacheque lill-ufficjali ta' l-MCCF bhala rikordju.
Il-pubbliku huwa mheggeg biex jippartecipa bi hgaru sabiex dawn l-iskemi,li kienu jinvolvu xoghol u sagrificcji personali minn diversi persuni sabiex setghu jigu ntrodotti, ikollhom is-success li jixraqilhom. B'hekk il-MCCF tkun tista tkompli bl-istess ritmu ta' hidma fejjieda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow