Linji tat-telefon ghall-pubbliku tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent
PR2340
05/12/1997
| Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent jixtieq | jgharraf illi ghandu seba' linji tat-telefon ghad-dispozizzjoni tal-pubbliku meta jixtieq jaghmel kuntatt mal-Ministeru. Min irid icempel, kull ma jrid jaghmel huwa li jdawwar in-numru 242853 u s-sistema telefonika awtomatikament tqabbad lil dak li jkun fuq wahda mill-linji, minn dawn is-seba' disponibbli, li ma tkunx okkupata. Ghalhekk, ma hemmx ghalfejn wiehed idawwar xi numru iehor, hlief dan, biex jaqbad. |
| Ghal telefonati ta' natura urgenti wara l-hin ta' l-ufficcju, | wiehed ghandu jcempel xorta wahda fuq 242853. Is-sejha tigi dirottata, permezz tas-sistema Star Service, ghand ufficcjal tal-Ministeru li jkun Duty Officer ghal dik il-gurnata partikolari. |
| Sadattant, jekk min qed icempel lill-Ministeru jaf in-numru ta' l-extension | ta' dak li jixtieq ikellem, jista' juza l-facilita' tad-Direct Dialling In (DDI) li l-Ministeru qed jintroduci biex itejjeb is-servizzi ghall-pubbliku. In-numru tad-DDI huwa 2292 li ghandu jigi segwit minn numru ta' l-extension ta' l-ufficcjal li qed jigi msejjah. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901