Rikonoxxuta l-hidma ta' l-istudenti fl-iskola tal-Biedja u tal-Bini
PR2330
04/12/1997
| Fl-Iskola tal-Biedja u tal-Bini llum gie organizzat Jum | il-Premjazzjoni. F'din l-iskola jattendu mal-120 student li barra minn suggetti bazici bhal matematika, il-Malti, l-Ingliz u x-xjenza fost l-ohrajn, jircievu taghlim ta' teorija u prattika f'suggetti bhall-ortikultura u l-bini. Wara tliet snin ta' taghlim dawk l-istudenti li jikkwalifikaw u juru interess li jkomplu t-taghlim, jibdew sentejn ta' studju u tahrig (Extended Skill Training Scheme) li tulhom ikunu msiehba ma' azjendi privati jew pubblici bil-ghan li jiksbu esperjenza ta' xoghol fl-oqsma tal-biedja jew tal-bini. |
| L-Iskola qeghda wkoll tinkoraggixxi lill-istudenti taghha biex | joqoghdu ghall-ezamijiet tal-MATSEC, u din is-sena grupp ta' studenti minn din l-iskola kisbu certifikati tajbin minn ezamijiet li qaghdu ghalihom f'dan il-livell. |
| Meta tkellem ma' l-istudenti, is-Segretarju Parlamentari ghal | Ghawdex Dr Anton Refalo qal li l-izvilupp li sehh fl-oqsma ta' l-agrikoltura u l-kostruzzjoni jesigi li min jahdem f'dawn is-setturi jkun imharreg u infurmat, u jkun kapaci jzomm ruhu aggornat billi jiehu interess f'sistemi li jigu introdotti biex jiffacilitaw u jtejbu x-xoghol fil-qasam partikolari. |
| Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li l-kisba ta' | certifikati tal-Matsec mill-istudenti ta' l-Iskola tal-Biedja u tal-Bini huwa punt pozittiv anke ghaliex ighin biex tingheleb l-impressjoni generali li trawmet tul is-snin li l-istudenti ta' dawn it-tip ta' skejjel ma jkunux irnexxew akkademikament. Il-Gvern jemmen li dawn l-istudenti ghandhom jinghataw kull opportunita' biex ikomplu jizviluppaw fit-taghlim taghhom, biex jirnexxu kemm f'suggetti bazici kif ukoll f'suggetti u snajja' specjalizzati bi preparazzjoni ghall-hajja u ghax-xoghol. |
| Din is-sena l-Iskola tal-Biedja u l-Bini ippartecipat fil-Gimgha | Xjenza u Teknologija u laqghet studenti minn skejjel ohra li setghu jzuruha u jitghallmu dwar ix-xoghol li twettaq. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901