Left arrow Go Back

Rikonoxxuta l-hidma ta' l-istudenti fl-iskola tal-Biedja u tal-Bini

PR2330
Date Icon 04/12/1997
Fl-Iskola tal-Biedja u tal-Bini llum gie organizzat Jumil-Premjazzjoni. F'din l-iskola jattendu mal-120 student li barra minn suggetti bazici bhal matematika, il-Malti, l-Ingliz u x-xjenza fost l-ohrajn, jircievu taghlim ta' teorija u prattika f'suggetti bhall-ortikultura u l-bini. Wara tliet snin ta' taghlim dawk l-istudenti li jikkwalifikaw u juru interess li jkomplu t-taghlim, jibdew sentejn ta' studju u tahrig (Extended Skill Training Scheme) li tulhom ikunu msiehba ma' azjendi privati jew pubblici bil-ghan li jiksbu esperjenza ta' xoghol fl-oqsma tal-biedja jew tal-bini.
L-Iskola qeghda wkoll tinkoraggixxi lill-istudenti taghha biexjoqoghdu ghall-ezamijiet tal-MATSEC, u din is-sena grupp ta' studenti minn din l-iskola kisbu certifikati tajbin minn ezamijiet li qaghdu ghalihom f'dan il-livell.
Meta tkellem ma' l-istudenti, is-Segretarju Parlamentari ghalGhawdex Dr Anton Refalo qal li l-izvilupp li sehh fl-oqsma ta' l-agrikoltura u l-kostruzzjoni jesigi li min jahdem f'dawn is-setturi jkun imharreg u infurmat, u jkun kapaci jzomm ruhu aggornat billi jiehu interess f'sistemi li jigu introdotti biex jiffacilitaw u jtejbu x-xoghol fil-qasam partikolari.
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li l-kisba ta'certifikati tal-Matsec mill-istudenti ta' l-Iskola tal-Biedja u tal-Bini huwa punt pozittiv anke ghaliex ighin biex tingheleb l-impressjoni generali li trawmet tul is-snin li l-istudenti ta' dawn it-tip ta' skejjel ma jkunux irnexxew akkademikament. Il-Gvern jemmen li dawn l-istudenti ghandhom jinghataw kull opportunita' biex ikomplu jizviluppaw fit-taghlim taghhom, biex jirnexxu kemm f'suggetti bazici kif ukoll f'suggetti u snajja' specjalizzati bi preparazzjoni ghall-hajja u ghax-xoghol.
Din is-sena l-Iskola tal-Biedja u l-Bini ippartecipat fil-GimghaXjenza u Teknologija u laqghet studenti minn skejjel ohra li setghu jzuruha u jitghallmu dwar ix-xoghol li twettaq.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow