Stqarrija dwar kawza ta' libell mill-Ministru ghad-Djar
PR2316
03/12/1997
| Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli qal fil-Qorti | tal-Magistrati dal-ghodu li dak li kien gie allegat kontrih f'artiklu imxandar fil-gurnal Il-Mument tat-28 ta' Settembru 1997 ma kienx minnu u li kien libelluz fil-konfront tieghu. Huwa qal li minn kemm ilu Ministru huwa qatt ma kien impjega xi persuni kriminali jew ta' karattru dubjuz fid-Dipartiment ghall-Akkomdoazzjoni Socjali, kif kien gie allegat f'dan l-artiklu. |
| Il-Ministru qal dan meta xehed quddiem il-Magistrat Dr. Michael | Mallia f'kawza ta' libell li huwa ghamel kontra l-Editur tal-gurnal Il-Mument, is-Sur Victor Camilleri dwar artiklu li kien deher fl-istess gurnal that ir-ras "….U issa Freddie". Fost affarijiet ohra f'dan l-Artiklu, li kien parti mir-rubrika "Fil-qalba tal-MLP", inkiteb: "fl-Ispettorat tad-Dipartiment tad-Djar kienet impjegata persuna b'kondotta dubjuza hafna u li dan anki ghamel xi spezzjonijiet fid-djar tan-nies qabel saru l-ilmenti li wasslu biex tnehha." |
| Waqt is-seduta ta' dal-ghodu saret proposta ta' ftehim mill-Avukat | Dr. Joe Zammit Maempel li qieghed jidher ghall-Editur ta' Il-Mument. Il-kawza ghalhekk giet differita ghall-14 ta' Jannar 1998 biex din il-proposta tigi kkunsidrata. |
| Dr. Peter Grech, Assistent Avukat Generali tar-Repubblika kien | qieghed jassisti lill-Ministru f'din il-kawza. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901