Left arrow Mur Lura

Prezentazzjoni ta' Ktieb dwar it-Turizmu u r-Relazzjonijiet Industrijali f'pajjizi zghar

PR2296
Date Icon 01/12/1997
Ghadu kemm gie ppublikat f'Londra ktieb bl-isem GlobalTourism and Informal Labour Relations: The Small Scale Syndrome at Work. Dan il-ktieb jigbor ricerka dwar l-effett ta' l-industrija tat-turizmu fuq bosta gzejjer zghar u dwar il-mod kif dawk li jahdmu fi hdan din l-industrija jgibu ruhhom fuq il-post tax-xoghol taghhom meta s-superjuri jew is-sidien taghhom ikunu barranin. Il-ktieb joffri diversi rakkomandazzjonijiet lill-operaturi ta' l-industrija turistika, dawk li jghallmu s-snajja' marbutin maghha, il-managers li jahdmu fiha, kif ukoll il-haddiema u t-trade unions.
L-argumenti tal-ktieb huma msejsa fuq ricerka komparattivaf'diversi gzejjer zghar, bl-istudju ewlieni ffukat fuq ir-relazzjonijiet bejn management u haddiema f'zewg hotels kbar f'Malta u f'Barbados.
L-awtur tal-ktieb huwa Dr. Godfrey Baldacchino, lecturerfic-Centru ghall-Izvilupp tal-Partecipazzjoni tal-Haddiema (WPDC) fl-Universita' ta' Malta u ricerkatur u kittieb dwar diversi aspetti marbutin ma' relazzjoniet industrijali u human resource management.
Il-prezentazzjoni ta' dan il-kiteb saret illum, it-Tnejn, 1 ta'Dicembru 1997, fl-AulaMagna, Universita l-Qadima, Triq San Pawl, il-Belt Valletta, fl-4.00p.m. Panel ta' esperti tkellmu fil-qosor dwar aspetti differenti ta' dan il-ktieb. Il-panel kien jikkonsisti fil-Professur Jeremy Boissevain, (espert dwar it-turizmu u l-imgieba ta' persuni fi gzejjer zghar); il-Professur David Milne, (lecturer mill-University of Prince Edward Island, Kanada, u studjuz tal-politika u tal-gzejjer); il-Professur Edward L. Zammit (socjologu specjalizzat fil-qasam tax-xoghol u direttur tal-WPDC fl-Universita'); Ms Jacqueline Fenech (konsulenta dwar aspetti ta' human resource management u direttrici tal-Fondazzjoni dwar l-Izvilupp tar-Rizorsi Umani) u s-Sur Michael Seychell (personnel manager b'esperjezna anki ta' trejd-unjonista). Il-presentazzjoni kienet organizzata mill-Istitut tal-Gzejjer u Pajjizi Zghar (Islands & Small States Institute - ISSI) fi hdan il-Fondazzjoni ghall-Istudji Internazzjonali ta' l-Universita' ta' Malta. Il-Professur Lino Briguglio, Direttur ta' l-ISSI, mexxa' s-serata.
Il-Ministru ghat-Turizmu, l-Onor. Karmenu Vella, accetta lijikkonkludi din is-serata. F'gheluq is-serata huwa gie pprezentat b'kopja tal-ktieb mill-awtur.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow