Ippubblikati regolamenti dwar l-"Offroading"
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent ghadu kif ippubblika regolamenti dwar l-offroading. Dawn thejjew bil-ghan li jirregolaw il-prattika ta' dan l-isport.
Skond dawn ir-regolamenti, attivitajiet ta' offroading jistghu jsiru biss f'postijiet li huma ndikati bhala offroading sites. Sabiex isiru attivitajiet ta' din ix-xorta, irid jinhareg permess mid-Direttur tad-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent. Kull post, li fih jistghu jsiru attivitajiet ta' offroading, irid ikollu sinjal skond ir-regolamenti dwar is-sinjali tat-Traffiku u l-Marki tal-Karreggata.
Ir-regolamenti, li gew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern, jistabbilixxu wkoll multi ghal min jikser l-istess regolamenti. Il-Qorti tista' wkoll tordna r-revoka tal-permess li jkun hareg id-Direttur tad-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901