Delegazzjoni Maltija tattendi ghas-7 Konferenza tal-Ministri tal-Pajjizi membri tal-Ftehim imsejjah: EUR-OPA MAJOR HAZARDS AGREEMENT
Delegazzjoni mmexxija mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Affarijiet Interni is-sur Louis Cilia, telqet minn Malta illum fi triqitha lejn Monaco biex tattendi is-Seba' Laqgha tal-Ministri tal-pajjizi membri tal-ftehim tal-Kunsill tal-Ewropa imsejjah "Open Partial Agreement on the prevention of, protection against, and organisation of relief in major natural and technological disasters". Malta kienet promotur u wahda mill-fundaturi ta' dan il-ftehim li gie iffirmat l-ewwel darba minn disa' pajjizi, fosthom Malta, fl-20 ta' Marzu 1987. Bhalissa hemm 17-il pajjiz membri tal-Kunsill ta' l- Ewropa firmatarji ta' dan il-ftehim, tmien pajjizi firmatarji mhux membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa, u erba' organizzazzjonijiet internazzjonali barra l-Kunsill ta' l-Ewropa.
L-ghan ewlieni tal-ftehim hu li jinholqu programmi ta' kooperazzjoni u ghajnuna, tahrig u ricerka permezz ta' network ta' centri specjalizzati. Wiehed minn dawn ic-Centri specjalizzati huwa Euro-Mediterranean Centre on Insular Coastal Dynamics li jinsab fil-Fondazzjoni ghall-Istudji Internazzjonali ta' l-Universita ta' Malta. Dan ic-Centru, flimkien ma' dak ta' Monaco, huma l-unici zewg Centri fost l-ohrajn kollha li huma specifikament indirizzati ghal kwistjonijiet marittimi.
Id-delegazzjoni Maltija hija komposta mis-Sur Louis Cilia, Segretarju Permanenti ghall-Intern fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, u s-sur Frans Bajada, is-Segretarju Privat tal-Ministru Mizzi. Il-Konferenza ser issir f'Monaco fl-24 u l-25 ta' Novembru.
L-agenda tal-laqgha tinkludi fost l-ohrajn diskussjonijiet dwar il-Medium Term Plan ghas-snin 1997-2001, l-uzu tat-teknologija ta' l-ispazju (space technology) ghall-immaniggar ta' disgrazzji, il-kontribuzzjoni li jistghu jaghtu l-membri tal-ftehim dwar il-problemi li johorgu mill-uzu tal-landminesfil-gwerer, u evalwazzjoni ta' l-Open Partial Agreement wara ghaxar snin ta' ezistenza. Il-Gvern Malti qed juri interess specjali fi progett gdid imsejjah "Monitoring of Oil Pollution in the Mediterranean Basin" li ser ikun kombinat bejn diversi pajjizi madwar il-Mediterran.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901